In the Press

Metsola: Malta tghid mod, Brussell taghmel mod iehor

“Ma jistax ikun li jibqghu jittiehdu decizjonijiet daqstant importanti minn wara dahar il-Membri tal-Parlament Ewropew, u wara dahar il-poplu kollu tal-Unjoni Ewropea, minghajr l-ebda konsultazzjoni ma’ hadd. Dan huwa inaccettabbli.” Hekk qal il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Cyrus Engerer, f’intervista aktar kmieni din il-gimgha, fejn zvela aktar dettalji dwar kif il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ftit ilu appuntat lill-Kap tal-kabinett taghha bhala s-Segretarju Generali tal-Parlament Ewropew stess. Decizjoni li kienet ukoll ikkundannata minn organizzazzjonijiet internazzjonali, fosthom Transparency International, fejn tqajmu dubji serji dwar it-transparenza madwar dan il-process. Engerer sostna kif f’dan ikompli johrog l-ipokrezija ta’ Metsola, hekk kif fil-passat dejjem ikkritikat u qajmet dubji fuq it-trasparenza f’pajjizna, biex tipprova tintghogob mal-barranin, izda mbaghad wara bibien maghluqa fi Brussell, taghmel mod iehor minn dak li tghid. “Specjalment wara l-iskandlu li hareg gimaghtejn ilu dwar allegazzjonijet kbar ta’ korruzzjoni minn Vici President ta’ Metsola stess, bhala Parlament Ewropew irridu naccertaw li jkun hemm qafas b’sahhtu li jassigura trasparenza totali - u b’hekk, ic-cittadini jkunu rashom mistrieha li d-decizjonijiet li jittiehdu fil-Parlament Ewropew ikunu verament fl-aqwa interess taghna lkoll,” kompla Engerer. Engerer ghalaq billi semma t-trasparenza bhala l-aktar ghodda b’sahhitha li l-Parlament Ewropew ghandu jkollu biex igawdi l-fiducja kemm tal-istituzzjonijiet ohra Ewropej, kif ukoll il-poplu Ewropew kollu. “Irridu nghaddu messagg b’sahhtu li hadd minna m’ghandu xejn x’jahbi, u l-hidma taghna hija biss fl-interess tal-Maltin u l-Ghawdxin, u l-Ewropej kollha. Dejjem kont car fi kliemi fuq l-importanza tat-trasparenza fix-xoghol taghna, tant li ppubblikajt kull laqgha li l-ufficcju tieghi kellu f’Malta, Brussell u Strasburgu, fuq il-website personali. U hekk ser inkompli naghmel. Mhux biss f’Malta, bhalma ghamlet Metsola, izda f’kull fora tal-istituzzjonijiet Ewropej,” temm jghid Engerer.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share