In the Press

Malta l-eżempju Ewropew fil-mixja lejn soċjetà ugwali

“Din hija ġimgħa ta’ ċelebrazzjoni, ferħ, kif ukoll ta’ tifkir, għall-fatt li llum f’pajjiżna, persuni li jidentifikaw bħala LGBTIQ jistgħu jesprimu lilhom infushom, iħobbu lil min iħobbu u jibnu familja, f’ liberta’ totalI.” Hekk qal il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Cyrus Engerer fl-okkażjoni tal-Malta Pride Week 2022, li tiċċelebra l-kisbiet favur l-ugwaljanza ta’ kull individwu, irrelevanti mill-orjentazzjoni sesswali jew identità tal-ġeneru. Il- Malta Pride Week – li din is-sena qed tħaddan it-tema‘Live Your Truth’ – tfakkar lil dak li jkun li ma fiha xejn ħażin li jgħix ħajtu kif jixtieq u li jkun komdu bih innifsu. Fl-okkażjoni tal-Pride Week, din il-ġimgħa ttellgħu diversi laqgħat, workshops u avvenimenti, biex jiżdied l-għarfien dwar l-imxija tad-drittijiet ċivili f’pajjiżna, u biex titfassal ukoll pjan il’ quddiem biex dawn ir-riformi jitkomplew. “Bħal-lum, ma nistax ma nħossnix kburi li jien Malti, hekk kif pajjiżna għal darb’ oħra jinsab fuq il-quċċata tal-pajjiżi Ewropej li għandhom l-aktar libertajiet ċivili fejn tidħol l-ugwaljanza għal persuni LGBTIQ,” qal Engerer. “Fl-istess ħin, inħossni kburi mmens li nagħmel parti mill-Partit Laburista, partit li fid-disa’ snin fit-tmun ta’ pajjiżna, wettaq riformi kbar fejn jidħlu dawn id-drittijiet ċivili u b’hekk aċċerta li kull Malti u Għawdxi jħossu komdu jgħix l-verita’ tiegħu nnifsu, f’pajjiżu stess – li fl-aħħar mill-aħħar hu dritt fundamentali tagħna lkoll.” Engerer fakkar kif is-sena d-dieħla, Malta ser tkun qed tospita l-EuroPride 2023 – l-akbar avveniment lijtiċċelebra d-drittijiet tal-persuni LGBTIQ fl-Ewropa u li jlaqqa’ eluf ta’ viżitaturi f’ belt Ewropea differenti kull sena. “Id-deċiżjoni li jittella’ l-EuroPride 2023 f’Malta tirrikonoxxi l-qabża kbira l’ quddiem li għamilna bħala pajjiż tul dawn l-aħħar snin – u ninsab ħerqan biex niċċelebraw dawn is-suċċessi flimkien ma’ eluf t’Ewropej li jagħmlu parti mill-kommunita’ LGBTIQ”, kompla Engerer. Huwa temm jgħid li dan kollu ma jfissirx li Malta laħqet il-quċċata fejn jidħlu riformi biex jaċċertaw ugwaljanza bejn kull Malti u Għawdxi. “Anzi, għandna nkomplu nirsistu u nkunu ta’ eżempju għal pajjiżi oħrajn, biex inkunu aħna li nfasslu l-mixja Ewropea lejn kontinent ugwali, fejn kull Ewropew iħossu komdu jkun hu nnifsu, f’daru stess,” temm jgħid Engerer.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share