In the Press
Intejbu l-kwalita’ tal-ħajja fl-Ewropa fuq il-mudell ekonomiku tal-Gvern Malti
“Kemm jien sodisfatt li din il-ġimgħa, bħala grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi fil-Parlament Ewropew, qiegħdin nfasslu proposti ċari lill-Kummisjoni Ewropea dwar il-kwalita’ tal-ħajja taċ-ċittadini Ewropej u taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Sofisfatt aktar pero li bħala grupp qiegħdin nappellaw lill-kumplament tal-Ewropa biex timxi fuq l-eżempju tal-Gvern Malti fil-konfront tal-istabbilta’ fil-prezzijiet tal-enerġija, fjuwil u l-qamħ.” Hekk saħaq il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Cyrus Engerer, hekk kif din il-ġimgħa l-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi nieda l-kampanja ‘Bring the Bills Down’, fejn il-grupp ser ikun qiegħed iressaq numru ta’ miżuri lill-Kummissjoni Ewropea biex jgħinu liċ-ċittadini u lin-negozji Ewropej ikampaw fi sfond tal-instabbilta’ globali li ġabet magħha l-gwerra fl-Ukrajna. Engerer fakkar kif Malta għal darb’ oħra hija l-unika pajjiż fl-Ewropa fejn il-prezzijiet ta’ dawn il-kommoditajiet imsemmija baqgħu l-istess tul dawn l-aħħar tlett snin – frott tal-għaqal u l-ħidma tal-Gvern Malti biex jassigura li l-piż minn instabbilta’ esterna ma jaqa’ qatt fuq iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. “Iż-żminijiet li qiegħdin ngħixu fihom jirrikjedi lil kull Gvern, bħalma għamel il-Gvern Malti, jiffoka fuq l-istabbilta’ tal-ekonomija, tal-finanzi, tan;familja u n-negozji. Għalhekk nemmnu li dan il-mudell ekonomiku addottat għandu jkun estiż lejn kull pajjiż fl-Unjoni Ewropea, hekk kif f’pajjiżna wera biċ-ċar li jiggarantixxi stabbilta’ fil-prezzijiet, li twassal għal kwalita’ ta’ ħajja aħjar għalina lkoll,” kompla Engerer. Huwa kkonkluda billi emfasizza fuq il-kuntatt man-nies bħala s-sigriet biex dan il-mudell ekonomiku jkun ta’ suċċess, hekk kif huwa d-dmir tal-politiċi li jikkunsidraw il-bżonnijiet taċ-ċittadini huma u jfasslu dawn il-miżuri ġodda. “Huwa importanti li nibqgħu ghaddejjin fuq dan l-eżempju ta’ pajjiżna u li nibqgħu nisimgħu x’għandhom bżonn in-nies u mmexxu l-karba tagħhom kemm fuq livell lokali, u kif ukoll fuq livell Ewropew, bħalma se nagħmlu aħna s-Soċjalisti,” temm jgħid Engerer.
MEP Cyrus Engerer
It-Torċa
My EP Work
Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.