In the Press

Vot qawwi għaż-żewġ derogi importanti dwar il-mediċini f’Malta nnegozjati minn Cyrus Engerer

Il-Parlament Ewropew approva b’maġġoranza qawwija ż-żewġ derogi li kienu nnegozjati mill-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer dwar l-importazzjoni ta’ mediċini u prodotti farmaċewtiċi mir-Renju Unit lejn Malta. Il-Parlament Ewropew issa qabel li Malta tkun tista’ tibqa’ timporta mediċini mir-Renju Unit għat-tlett snin li ġejjin - hekk kif it-tluq ta’ dan il-pajjiż mill-Unjoni Ewropea poġġa f’periklu l-provista tal-mediċini li l-Maltin u l-Għawdxin kienu storikament tant jiddependu minnhom, għall-kura u għas-sahha tagħhom ta’ kuljum. “Dawn id-derogi kienu importanti ħafna għal Malta biex tibqa’ tiġi assigurata l-provista tal-mediċini li aħna storikament dipendenti fuqhom. Il-mediċini li nafu, nafdaw u imodrrijin bihom - hekk kif dawn kellhom jieqfu jinbiegħu fis-suq Ewropew, konsegwenza tat-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea,’ spjega Engerer. “B’ hekk, aħna l-Maltin u Għawdxin xorta waħda ser ikollna aċċess għal dawn il-mediċini li huma wżati b’mod naturali f’pajjiżna,” saħaq Engerer. Fis-sfond ta’ dan, fil-ħidma Parlamentari tiegħu , huwa sostna li huwa d-dmir tal-Unjoni Ewropea li tassigura li kull ċittadin tal-Unjoni Ewropea, irrispettivament mill-liem pajjiż ikun ġej, ikollu aċċess għall-mediċini u kura affordabbli. Dan hu possibbli biss jekk l-Istati Membri kollha jaħdmu flimkien, u jifhmu s-sitwazzjonijiet partikolari li jaffetwaw ċertu pajjiżi b’mod individwali - bħal ma’ ġara f’dan il-każ għal Malta. Huwa rringrazzja lill-kollegi tiegħu għal-fiduċja li urew fil-ħidma tiegħu fuq id-derogi, kif ukoll l-appoġġ li esprimew mall-Maltin u l-Għawdxin biex ma jitpoġġewx fi żvantaġġ minħabba konsegwenzi tat-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. ‘Il-mediċini u l-prodotti farmaċewtiċi huma essenzjali, u l-ebda avveniment m’għandu jwaqqaf dan id-dritt lejn iċ-ċittadini Ewropej, u hekk beħsiebni nkompli nisħaq fil-Parlament Ewropew,’ temm jgħid Engerer.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share