In the Press

Tintemm b’suċċess l-ewwel inizzjattiva’ mill-programm ‘Walk with a Progressive’

Għaxar żgħażagħ Maltin u Għawdxin b’ideat progressivi temmew l-vjaġġ tagħhom lejn il-Parlament Ewropew fi Strasburgu tard l-ġimgħa l-oħra, hekk kif kienu mistiedna jieħdu sehem f’diversi diskussjonijiet u dibattiti fuq l-Futur tal-Ewropa waqt l-’European Youth Event.’ Din kienet l-ewwel inizzjattiva’ mill-programm ‘Walk with a Progressive,’ li kienet mnedija mill-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer f’Settembru li għadda - bil-għan li tagħti opportunitajiet liż-żgħażagħ progressivi biex isemmgħu leħinhom fl-istituzzjonijiet Ewropej dwar suġġetti li jolqtu lilhom, u ttihom ċans biex jippromovu l-ideat tagħhom għal futur aħjar. Fil-binja tal-Parlament Ewropew, iż-żgħażagħ kellhom l-opportunita’ jsegwu diversi dibattiti fuq temi pertinenti għall-Unjoni Ewropea, fosthom l-ambjent u l-miri klimatiċi, d-demokrazija, s-saltna tad-dritt, u anka l-futur tal-arti u xogħolijiet artisanali. Attendew ukoll għal diskussjoni fuq l-importanza tas-saħħa mentali, li ġiet mtella’ minn Engerer nnifsu flimkien mal-MPE Irlandiża Maria Walsh, fejn kellhom ċ-ċans jisimgħu fuq s-sistemi t’għajnuna psikoloġiċi f’pajjiżi oħrajn, filwaqt li fasslu xi ideat fuq x’jixtiequ jiġi mplementat fl-isfera lokali tas-saħħa mentali. ‘Ħadt gost nisma’ x’inhuma dawk l-affarijiet li kull wieħed u waħda minn dawn iż-żgħażagħ, b’opinjonijiet b’saħħithom dwar il-futur tagħna, jixtiequ jbiddlu.’ qal Engerer. ‘Ma nistgħux nibqgħu nħarsu lejn iż-żgħażagħ tagħna bħala l-futur tagħna biss - iż-żgħażagħ huma il-preżent u kull deċiżjoni għandha tittieħed b’għarfien ta’ kif din se tkun qed taffetwahom.’ Intant Engerer ħeġġeġ iktar żgħażagħ biex jieħdu sehem attiv, fejn qiegħed jistieden lil dawk kollha li jixtiequ jqattgħu ġimgħa job shadowing fl-uffiċċju tiegħu fi Brussell, jew jagħmlu traineeship ta’ erba’ xhur biex jiktbulu fuq [email protected]com.

MEP Cyrus Engerer


It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

In the Press

Għaxar żgħażagħ Maltin u Għawdxin b’ideat progressivi temmew l-vjaġġ tagħhom lejn il-Parlament Ewropew fi Strasburgu tard l-ġimgħa l-oħra, hekk kif kienu mistiedna jieħdu sehem f’diversi diskussjonijiet u dibattiti fuq l-Futur tal-Ewropa waqt l-’European Youth Event.’ Din kienet l-ewwel inizzjattiva’ mill-programm ‘Walk with a Progressive,’ li kienet mnedija mill-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer f’Settembru li għadda - bil-għan li tagħti opportunitajiet liż-żgħażagħ progressivi biex isemmgħu leħinhom fl-istituzzjonijiet Ewropej dwar suġġetti li jolqtu lilhom, u ttihom ċans biex jippromovu l-ideat tagħhom għal futur aħjar. Fil-binja tal-Parlament Ewropew, iż-żgħażagħ kellhom l-opportunita’ jsegwu diversi dibattiti fuq temi pertinenti għall-Unjoni Ewropea, fosthom l-ambjent u l-miri klimatiċi, d-demokrazija, s-saltna tad-dritt, u anka l-futur tal-arti u xogħolijiet artisanali. Attendew ukoll għal diskussjoni fuq l-importanza tas-saħħa mentali, li ġiet mtella’ minn Engerer nnifsu flimkien mal-MPE Irlandiża Maria Walsh, fejn kellhom ċ-ċans jisimgħu fuq s-sistemi t’għajnuna psikoloġiċi f’pajjiżi oħrajn, filwaqt li fasslu xi ideat fuq x’jixtiequ jiġi mplementat fl-isfera lokali tas-saħħa mentali. ‘Ħadt gost nisma’ x’inhuma dawk l-affarijiet li kull wieħed u waħda minn dawn iż-żgħażagħ, b’opinjonijiet b’saħħithom dwar il-futur tagħna, jixtiequ jbiddlu.’ qal Engerer. ‘Ma nistgħux nibqgħu nħarsu lejn iż-żgħażagħ tagħna bħala l-futur tagħna biss - iż-żgħażagħ huma il-preżent u kull deċiżjoni għandha tittieħed b’għarfien ta’ kif din se tkun qed taffetwahom.’ Intant Engerer ħeġġeġ iktar żgħażagħ biex jieħdu sehem attiv, fejn qiegħed jistieden lil dawk kollha li jixtiequ jqattgħu ġimgħa job shadowing fl-uffiċċju tiegħu fi Brussell, jew jagħmlu traineeship ta’ erba’ xhur biex jiktbulu fuq [email protected]

MEP Cyrus Engerer


It-Torċa

Share

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.