In the Press

Lejn kostruzzjoni intelligenti, ambjentali u inklussiva

Dawn l-ahhar sena u nofs ta’ pandemija ma kienu facli ghal hadd. Minix ser nidhol mill-lgħat ta’ sahha fizika, ghax lkoll nafu u rajna kemm taf tkun kiefra din il-marda qattiela. Kienu bosta wkoll li batew mentalment, kawza tal-incertezzi li garfu f’hafna setturi ekonomici, u ma nistawx ninsew ukoll dawk kollha li sofrew wehidhom, affetwati mis-solitudni minhabba r-restrizzjonijiet u l-’lockdowns.’ Pero, jekk ma hareg xejn tajjeb minn din l-esperjenza, nazzarda nghid li hafna minna bdejna nahsbu mill-gdid fuq l-mod kif nghixu l-hajja taghna ta’ kuljum, u jekk ghandnix nbiddlu certu stili ta’ hajja. Kellna c-cans nirriflettu u nahsbu, u f’dan iz-zmien fejn il-kuntatt mal-bqija tas-socjeta’ kien pjuttost maqtugh, hafna minnha regghu skoprew l-importanza li nkunu f’armonija man-natura ta’ madwarna. Mhux biss minn ghad xjentifiku, ghall-fini tal-krizi tal-klima, imma anka mill-lgħat tal-benessere kommuni. Nitkellem ghalija, f’dan iz-zmien ta’ pandemija saħħaħt il-fehma li bhala Unjoni Ewropea, ghandna bzonn nfasslu strategija gdida ta’ kif nghixu hajjitna b’mod integrali mal-protezzjoni tal-ambjent, ghas-saħħa tagħna kif ukoll ta’ dawk li gejjin. Biex nirrealizzaw dan l-ghan, rridu nkunu kapaci nwaqqfu l-effetti tat-tibdil fil-klima, it-tniggiz tal-arja u tan-natura, b’mod effettiv u radikali. U huwa hawn fejn jidhol n-’New European Bauhaus’, inizzjattiva li giet mfassla mill-Kummissjoni Ewropea bhala parti mill-pjan Ewropew ghall-irkupru mill-pandemija. Il-moviment Bauhaus imur lura ghas-sena 1919, li nholoq minn Walter Gropius, b’vizjoni progressiva ghall-futur. Gropius ried isib medju fejn il-fondazzjonijiet tal-arti, disinn u arkitettura, jsiru haga wahda max-xjenza u l-izvilupp sostennibli. Il-Bauhaus ma kienx jinkorpora biss l-artisti u l-inginiera, imma ttransforma f’idealogija fejn l-izvilupp strutturali li jista jkun verament avant-garde u sostennibbli fl-istess hin, u haga wahda mal-kommunità u n-natura. Filfatt, nsibu l-iktar ezempju famuz t’arkitettura Bauhaus propju go Tel Aviv, fl-Izrael - l-kwartier maghruf bhala l-‘White City’ li jmur lura ghaz-zmien 1930s u li llum hu meqjus bhala sit ta’ wirt storiku mill-UNESCO. Fi zmien ta’ krizi tal-klima, s-salvagwardjar tal-ambjent u l-biodiversità kif ukoll l-bzonn li jkollna stil ta’ hajja marbuta man-natura mexxew l-Kummissjoni Ewropa biex terga tqajjem l-kuncett tal-Bauhaus. Dan bil-ghan li terga taghti l hajja lil xi zoni u siti madwar l-kontinent li kienu dlonk abbandunati u minsijin, b’mod sostennibbli, ambjentali, inklussivi u b’sens li jghaqqad l-kommunitajiet taghna madwar n-natura. Huwa fatt li hafna minna jiddarsu jaraw certu siti jinbnew, minghajr l-ebda kunsidrazzjoni ghan-natura u ghall-biodiversita. Specjalment hawn Malta, fejn diga huwa difficli li jikbru xtieli u sigar mill-gdid minhabba l-geografija taghna, kif ukoll n-nuqqas ta’ xita li ma tghinx s-sitwazzjoni. Ma nistgħux ninsew l-anqas li l-popolazzjoni taghna qieghda dejjem tikber, allura għandna bzonn aktar postijiet biex joqghodu n-nies. Fl-istess hin, ghad fadal hafna siti u propjetajiet fi stat t’abbandun. In-‘New European Bauhaus’ jindirizza dawn l-isfidi, u jittrasformahom f’soluzzjonijiet fejn dawn is-siti abbandunati jergghu jinghataw hajja gdida, u fl-istess hin jikkontribwixxu lejn il-miri klimatici tal-Unjoni Ewropea fid-dizinn arkitetturali taghhom. Fl-istess hin, nassiguraw ukoll li dawn s-siti jitgawdew mic-cittadini kollha u jkompli jitqajjem sens ta’ ghaqda kommunitarja madwarhom. Nistghu naraw ezempji ta’ dawn fi Spanja u d-Danimarka, fejn arkitetti specjalizzati fl-iskola tal-Bauhaus rnexxilom jittransformaw zoni dizabitati u abbandunati f’centri kommunali bellezza. Ghandna opportunità tad-deheb biex nindirezzaw certu nuqqasijiet fil-mod kif organizzajna s-socjeta, u nirrangaw l-effett li kellu l-bini u l-infrastruttura taghna fuq t-tibdil tal-klima u t-tniggiz tal-arja. L-Kummissjoni Ewropea filfatt ghadha kif harget l-ewwel skema sabiex tiffinanzja progetti spirati mill-kuncett tal-Bauhaus madwar l-UE, b’pakket ta’ 25 miljun ewro biex jitqassmu fost 5 progetti piloti. Hekk kif hergin mill-pandemija u nidhlu f’realta’ gdida, nemmen li ghandna niehdu din l-opportunita’ u ngawdu l-beneficcji taghha. Kelna c-cans nirreflettu fuq l-passat u nippjanaw il-futur. Ejjew nimxu lejn futur li jghaqqad l-forma u l-funzjoni flimkien, u nikkreaw spazji urbani li jindirizzaw l-problemi ta’ kuljum ukoll. Huwa ghalhekk li fil-Parlament Ewropew ser nkun qieghed nkompli nsostni fuq l-importanza tan-New European Bauhaus u nappoggja l-inizzjattivi mahruga mill-Kummissjoni Ewropea għall-fondi għall-iStati Membri.

MEP Cyrus Engerer

L-Illum

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share