In the Press

L-MEPs Nazzjonalisti jaħarbu mill-vot fuq l-Islovenja

Il-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Nazzjonalista għal darba oħra wrew l-ipokrezija tagħhom dwar is-Saltna tad-Dritt u l-governanza tajba meta din il-ġimgħa fil-Plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu ħarbu mill-vot dwar is-saltna tad-dritt fl-Islovenja. Fil-vot, l-MEP David Casa astjena, filwaqt li Roberta Metsola ddeċidiet li ma tivvutax. L-MEP tal-Partit Laburista Cyrus Engerer qal li għal darba oħra, l-MEPs Nazzjonalisti wrew li dwar temi ta’ governanza, demokrazija u saltna tad-dritt, l-unika interess tan-Nazzjonalisti hu li jitfgħu l-lenti fuq Malta u imbagħad jiġu jaqgħu u jqumu minn dak li qed jiġri fil-kumplament tal-Ewropa. “L-inkonsistenza fil-vot tagħhom turi l-ipokrezija tan-Nazzjonalisti dwar is-suġġett. Meta fil-Gvern ikun hemm pajjiż immexxi minn Gvern affilljat mal-Partit tagħhom jaħarbu mill-vot. Intant, jagħmlu minn kollox biex ipoġġu lill-pajjiżhom stess kontinwament fuq l-aġenda dwar is-saltna tad-dritt b’diversi riżoluzzjonijiet kontra Malta”, qal Cyrus Engerer. Din mhux l-ewwel darba li n-Nazzjonalisti fil-Parlament Ewropew imxew b’kejl differenti dwar temi relatati mal-ġustizzja f’pajjiżi differenti tal-Unjoni Ewropea. Engerer fakkar li kienu għamlu l-istess dwar il-Bulgarija u saħansitra l-Ungerija, meta dawn kienu għadhom membri tal-Partit Popolari Ewropew.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share