In the Press

Irridu nsostnu armonija bejn ambjent aħjar u l-iżvilupp

X’inhu l-futur tal-ambjent ta’ madwarna? L-iżvilupp kif se jiżvolġi mas-snin? X’Malta se jkollhom il-ġenerazzjonijiet futuri? Se jistmerruna? Dawn u ħafna iżjed huma ħsibijiet li jiġu f’moħħ ħafna inkluż lili. Malta u Għawdex huma gżejjer żgħar b’popolazzjoni vibranti li żdiedet mhux ftit. Kulħadd bil-ħtiġijiet u l-idea tiegħu. Sfortunatament, ikun hawn ħafna li jikkritikaw imma mingħajr ma joffru soluzzjoni, anzi, kważi kważi jirraġunaw li ‘ta’ dak u tal-oħra ħażin, imma tiegħi jrid isir’. Dan b’referenza wkoll għall-iżvilupp fil-kostruzzjoni li lkoll għandna għajnejn biex nara iż-żieda fih. Ifisser li aħna wkoll fuq bażi personali, irridu nieħdu ħsieb dan u ma nkunux komdi biss nikkritikaw mingħajr aħna stess ma ngħinu f’dan ir-rigward. Ilu li wasal iż-żmien biex nagħtu iżjed importanza lill-ippjanar tajjeb f’Malta, li hu wieħed mill-iktar pajjiżi b’popolazzjoni densa fid-dinja. Nemmen li għal pajjiż daqshekk żgħir, proċess ta’ ppjanar li ma jiġix maħtuf minn interessi personali huwa ta’ importanza kbira, jekk il-pajjiż irid isegwi r-rotta għall-iżvilupp sostenibbli għall-benefiċċju kemm tal-ġenerazzjonijiet attwali kif ukoll dawk futuri. Ħafna jistqarru li bil-kostruzzjoni, l-ekonomija tkompli tissaħħaħ. Fatt, għalkemm din hija triq perikoluża ħafna peress li l-benefiċċji ekonomiċi minn approċċ bħal dan se jakkumulaw malajr ħafna u jitgawdew mill-benefiċjarji iżda l-impatti negattivi fuq il-komunitajiet u l-wirt nazzjonali, kemm fuq żmien medju kif ukoll fit-tul, jistgħu tkun irriversibbli. Apparti hekk, ma jistax ikollok viżjoni ta’ bini kontinwu bla rażan, anke bi stress fuq il-poplu li fl-aħħar mill-aħħar, se jkun eżawrixxa l-art kollha possibbli u l-mistoqsija tiġi awtomatika; “X’se nagħmlu issa?” Il-pajjiż għandu bżonn aktar, mhux inqas, pjanifikaturi li jistgħu jimpenjaw ruħhom b’mod sinifikanti ma’ professjonijiet oħra, mal-politiċi u mal-pubbliku, u jkunu jistgħu jindikaw lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet l-implikazzjonijiet ta’ diversi għażliet ta’ politika li huma disponibbli. It-tajjeb irid jissemma wkoll. Meta l-poplu reġa’ tana l-mandat biex immexxu dan il-pajjiż, aħna ppreżentajna l-proposti ta’ proġetti ambizzjużi ta’ spazji ħodor li se jwasslu għal Malta u Għawdex isbaħ. Dan ifisser li se nidħlu għall-aktar proġett ambjentali ambizzjuż fl-istorja ta’ pajjiżna. Dan diġà bdejna narawh anke f’forom ta’ ideat innovattivi bħalma rajna l-parkeġġ fil-Ħamrun li flok tħalla sempliċiment parkeġġ, inbdnew strutturi li fuqu hemm ġnien li jista’ jitgawda mir-residenti u anke joffri ambjent aħjar bid-dell tas-siġar u estetika aħjar. Din il-ħidma qed issir ukoll mal-kunsilli lokali u r-reġjuni b’attenzjoni biex intejbu li għandna u nibnu fuqu b’mod sostenibbli. Ma nistax ninsa l-investiment massiċċ li sar u qed isir fil-park nazzjonali f’Ta’ Qali fejn dan se jservi bħala l-akbar pulmun aħdar li qatt ra pajjiżna. Nawgura li nieħdu ħsieb dak li għandna u ntejbuh. Aħna fi dmir li l-ambjent ta’ madwarna nsaħħuħ. Fi dmirna li noħolqu bilanċ sostenibbli bejn l-ambjent u l-iżvilupp, kemm għalina, għal uliedna u għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share