In the Press

‘Il-verdett elettorali juri li l-poplu Malti u Għawdxi huwa progressiv’

B’reazzjoni għar-rebħa Laburista fl-elezzjoni ġenerali ta’ nhar is-Sibt 26 ta’ Marzu, fejn inkiseb l-akbar distakk bejn iż-żewġ partiti fl-istorja ta’ Malta indipendenti, il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer saħaq li din hija konferma ta’ kemm il-poplu Malti u Għawdxi huwa tassew progressiv, u jħares b’ottimiżmu lejn il-futur ta’ pajjiżna. ‘Il-poplu Malti u Għawdxi bgħat messaġġ ċar fir-riżultat tal-elezzjoni,’ qal Engerer. ‘Messaġġ li ma jridx imur lura għaż-żminijiet ta’ konservattiviżmu, qgħad u awsterita’, u li ser ikompli jħares lejn il-futur, u jibqa’ għaddej fil-mixja progressiva li beda Gvern Laburista fl-2013. Ninsab ċert li dan il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, ser ikompli jirriforma u jibdel lil pajjiżna biex kull ċittadin ikollu l-aqwa kwalita’ tal-ħajja possibbli.’ Issa li nħatar il-Kabinett, tibda t-triq biex jibda jitwettaq il-manifest ‘Malta Flimkien’, li b’elf proposta kredibbli u ‘costed’, jimmira li jtejjeb l-għajxien tal-poplu Malti minn kull aspett. Engerer irrimarka kif l-aktar proposta li jinsab ħerqan biex jaraha titwettaq hija s-seba’ mitt miljun ewro investiment li l-Partit Laburista se jalloka għall-ambjent, fosthom fi proġetti li se jagħtu nifs ġdid ħadrani lil diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. ‘Iżda mhux biss il-wiegħdiet ambjentali li jiena ħerqan li narahom jiġu attwati. Irrid inkompli nara l-poplu Malti jgħolli l-livelli tal-għajxien tiegħu, u dan il-manifest huwa ċ-ċavetta li jassigura futur sabiħ għal kull wieħed u waħda minna. Sew fl-ekonomija, sew fl-infrastruttura, ġustizzja u anka fis-saħħa, jiena ċert li sal-aħħar tal-mandat, il-proposti msemmija ikunu twettqu kollha, u t-track record tal-gvernijiet Laburisti preċedenti huma xhieda ta’ dan,’ tenna Engerer. Huwa temm billi qal li anka fil-Grupp Parlamentari tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi bgħatu l-awgurju tagħhom lill-Ewroparlamentari Laburisti għas-suċċess elettorali, fejn issemma li l-Partit Laburista huwa xempju ta’ partit soċjalist modern b’saħħtu, li jħares biex jgħin lin-negozji u jkabbar l-investiment biex tiddawwar ir-rota ekonomika, filwaqt li jaċċerta li dan il-ġid ekonomiku jitgawdu minn kulħadd fis-soċjeta’, speċjalment dak l-aktar batut. Engerer awgura l-ħidma t-tajba mill-ġdid lill-Prim Ministru ta’ Malta Robert Abela u lill-Kabinett maħtur, u saħaq li ser ikun qiegħed jaħdem spalla ma’ spalla magħhom, anka minn Brussell, għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share