In the Press

‘Il-Partit Nazzjonalista m’għandux kredibbilta’ biex jitkellem dwar l-għoli tal-ħajja u l-kontijiet’

‘Ilkoll kemm aħna niftakru żewġ Prim Ministri Nazzjonalisti jgħajtu, ‘ħalluhom ħa jgħolew il-prezzijiet!’, u li se ‘jivvota bil-qalb’ fil-Parlament Malti biex ‘jgħolew il-kontijiet tad-dawl u l-ilma tal-familji Maltin u Għawdxin,’ sostna il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Cyrus Engerer. Għaldaqstant, saħaq Engerer, “Il-Partit Nazzjonalista l-inqas entita’ kredibbli f’Malta biex titkellem dwar l-għoli tal-ħajja u l-kontijiet”. Engerer fakkar li bħalissa, l-Ewropa tinsab fi kriżi hekk kif qiegħdin jiġu rappurtati l-ogħla livelli tal-prezzijiet tal-gass u ż-żejt li qatt ġew reġistrati, minħabba ċ-ċirkostanzi straordinarji tal-pandemija Covid-19, u minħabba t-tensjonijiet bejn ir-Russja u diversi pajjiżi tal-punent. Dan qiegħed iwassal għal prezzijiet għolja tal-fjuwil u l-enerġija mal-Ewropa kollha li qiegħed jaffettwa l-prezz tal-prodotti kollha għaliex biex jiġu mmanifatturati u mwassla fil-ħwienet sar jsiwa ħafna iktar minn qabel. Minkejja din ir-realta’ bla preċedent, Engerer qal li f’Malta, għandna l-irħas fjuwil fl-Unjoni Ewropea kollha u l-ħames l-inqas rata ta’ kontijiet tad-dawl. Dan huwa kollu grazzi għall-għaqal tal-Gvern Laburista, li ħadem u nnegozja biex pajjiżna jgawdi minn diversi ‘agreements’ li jassiguraw prezz stabbli tal-enerġija fuq medda ta’ snin. Engerer qal li dan kollu jirrifletti fuq kemm Gvern Laburista għandu tassew ruħ u qalb soċjali. “Gvern Laburista jemmen f’Malta soċjali, fejn ħadd ma jitħalla jaqa’ lura.” Hu spjega li Gvern Laburista dejjem ħares l-interess tal-Maltin u l-Għawdxin u żgura li joffri mhux biss stabilita’ fil-prezzijiet, iżda wkoll li ħadd ma jitħalla jaqa’ lura permezz ta’ numru ta’ miżuri li fost l-oħrajn jgħollu ‘l fuq lil dawk li huma l-iktar vulnerabli fis-soċjeta’. Cyrus Engerer fakkar fil-Gvern li żied il-pensjonijiet, l-istipendji, u l-paga minima wara li kienu ffriżati għal tul ta’ żmien taħt Gvernijiet Nazzjonalisti. Fl-istess ħin dan il-Gvern beda u qiegħed ilesti l-ikbar numru ta’ proġetti ta’ akkomodazzjoni soċjali f’dan l-aħħar snin. Engerer fakkar fid-diversi beneficcji li għadhom għaddjin bħalissa, anke f’dan l-istadju tal-pandemija bħal Wage Supplement u għajnuna lin-negozji biex iżommu l-impjegati tagħhom f’dan l-iktar żmien diffiċli. “Din hija d-differenza bejn iż-żewġ partiti. Gvern li jkompli jinvesti fin-nies bi proġetti soċjali, li jassigura li ħadd ma jaqa’ lura,” temm jgħid Engerer. “Il-Gvern ta’ Robert Abela kontinwament jilqa’ għal dawk kollha li huma vulnerabbli, ħalli lkoll flimkien nibqgħu mexjin l’quddiem.”

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share