In the Press

‘Il-paga minima għandha tkun garanzija ta’ għixien diċenti’

“Kull min għandu impjieg u allura, minn tal-inqas jaqla’ paga minima, għandu jkollu l-abilità li jgħix ħajja diċenti”, saħaq il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer hekk kif intlaħaq il-qbil proviżorju bejn l-istituzzjonijiet Ewropej dwar il-paga minima fl-Unjoni Ewropea. “Aħna s-Soċjalisti konna l-magna għal din il-qabża ‘l quddiem favur il-ħaddiem fl-Unjoni Ewropea fejn ridna li l-liġi titkellem b’mod ċar li l-paga minima għandha tiżgura livell ta’ għixien diċenti għall-ħaddiem u l-familja tiegħu”, qal Engerer. Il-Membru Parlamentari Ewropew Malti qal li hu sodisfatt li l-wiegħda elettorali li kellna fil-manifest elettorali tas-Soċjalisti Ewropej se tkun qiegħdha titwettaq fi żmien li fih il-ħaddiema kollha madwar id-dinja għaddejin minn sfidi kbar, l-ewwel minħabba l-pandemija u issa wkoll minħabba l-Gwerra fl-Ukranja. Fl-istess waqt Engerer tkellem dwar il-fatt li d-direttiva se tkun ukoll tagħti s-saħħa lill-ħaddiema mil-lat tas-sħubija tagħhom f’unjin. “Il-mument li inqas minn 80% tal-ħaddiema jkunu protetti minn unjin f’pajjiż, jiskatta mekkaniżmu għal Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali bil-mira li tiżdied is-sħubija u għaldaqstant il-protezzjoni tal-ħaddiema u n-negozzjar kollettiv tagħhom”, spjega Engerer. “Dan imur id f’id ma dak li wiegħed u qiegħed iwettaq il-Partit Laburista f’Malta”, ikkonkluda Engerer.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share