In the Press

Il-Ħitan F’Pajjiżi Ta’ Lvant Mhux Soluzzjoni Għall-Fenomenu Tal-Immigrazzjoni Fil-Mediterran

“Mhux aċċettabli li pajjiżi Ewropej oħra qegħdin jibnu l-ħitan, filwaqt li jħallu lil Malta u l-Italja waħedhom quddiem ir-realtà tal-immigrazzjoni,” Hekk qal il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Cyrus Engerer, hu u jindirizza konferenza dwar l-immigrazzjoni, fil-Belt ta’ Alcamo fi Sqallija. Din il-konferenza ġiet organizzata mill-MPE minn Lampedusa Pietro Bartolo, b’parteċipazzjoni wkoll tal-MPE Spanjol Domenec Ruiz Devesa, u Thijs Reuten min-Netherlands. Engerer saħaq li l-bini ta’ ħitan fl-Unjoni Ewropea ‘m’huwiex is-soluzzjoni għall-fenomenu tal-immigrazzjoni,’, filwaqt li fakkar li minflok jinbnew il-ħitan, ‘l-Unjoni Ewropea għandha bżonn politika komuni dwar l-immigrazzjoni li tneħħi l-piż minn fuq l-Istati Membri fuq il-fruntiera, tagħti dinjita’ lill-persuni li qed ifittxu l-ażil u li tirrifletti l-isfidi demografiċi li issa jeżistu f’kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea,” qal Engerer. Engerer emfasizza li n-naħa t’isfel tal-Ewropa ma tistgħax u ma għadha qatt tibni ħitan għaliex dak iwassal għal mewt fuq il-baħar ta’ dawk li jkunu qegħdin ifittxu ażil. “Jien minn Malta, qegħdin fi Sqallija u għadna ġejjin minn jumejn f’Lampedusa fejn rajna r-realtà fuq din il-gżira. Ilkoll kemm aħna nafu li aħna li ngħixu fuq il-gżejjer fin-naħa t’isfel tal-Ewropa għandna l-obbligu li nsalvaw il-ħajjiet. Iżda l-kumplament tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għandhom l-obbligu li flimkien jerfaw il-piż u l-opportunità tal-immigrazzjoni” b’mod maqgħud, qal Engerer. Huwa rrimarka wkoll fuq ir-realtajiet li hemm bħalissa fl-istituzzjonijiet Ewropej, hekk kif il-partiti tal-lemin, inkluż il-Partit Popolari Ewropew li tiegħu hu membru l-Partit Nazzjonalista, jridu jħallu l-piż kollu fuq in-naħa t’isfel tal-Ewropa. —---------- Cyrus Engerer hu l-uniku Membru tal-Parlament Ewropew Malti fuq il-Kumitat LIBE li jieħu ħsieb materji relatati mal-immigrazzjoni, l-ġustizzja u l-intern.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share