In the Press

Għandna l-kredibilita’ li nwettqu fuq il-finanzi u l-ambjent

“Il-Partit Laburista huwa l-unika partit politiku f’Malta li għandu viżjoni ċara u pjan kredibbli biex jiggverna pajjiżna għall-ħames snin li jmiss,” qal il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer f’attivita’ politika f’Bormla. Hu spjegas kif laqa’ s-sejħa tal-Prim Ministru Robert Abela biex ikun preżenti fl-ibliet u l-irħula Maltin u Għawdxin, biex imexxi l-kelma dwar il-proposti li qiegħed iħabbar il-Gvern tul din il-kampanja elettorali, bit-tema ‘Malta Flimkien’. ‘Għalkemm l-impenji u l-ħidma tal-Parlament Ewropew ma jonqsux tul dan ix-xahar, il-prijorita’ tagħna bħalissa hi li nkunu preżenti hawnhekk, fost il-Maltin u l-Għawdxin, naħdmu u nwasslu l-messaġġ tal-Partit Laburista biex naċċertaw ħames snin oħra t’impenn, stabbilta’ u serħan il-moħħ, taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela’, qal Engerer, filwaqt li enfasizza li pajjiżna għandu dejjem ikompli miexi ‘l quddiem u ma jistgħax jerġa jmur lura. Hu rrimarka li bħala ambjentalist u membru tal-Kumitat ENVI fil-Parlament Ewropew, kien kuntent u sodisfatt li ll-Gvern qiegħed jagħmel l-ambjent ta’pajjiżna bħala l-priojirta’ tiegħu. Filwaqt li spjega li l-flus fil-but huma importanti u li faħħar il-propostsi dwar it-tnaqqis fit-taxxi u ż-żieda fil-pensjonijiet, hu qal li bil-proposta ta’ seba’ mitt miljun Ewro għall-ambjent se tkun dik il-proposta li żżid il-kwalita’ tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. “Wieħed ma’ jistax ma jfaħħarx wiegħdha b’saħħitha daqs din, fejn ser jiġi assigurat li kull lokalita’ f’Malta u Għawdex ser ikollha żona pedonali ġdida, u l-familji ser igawdu minn aktar spazji ħodor miftuħa u parks f’kull lokalita’ f’pajjiżna’, kompla Engerer. Hu saħaq li ambjent iktar san għandu impoatt pożittiv fuq is-saħħa tal-bniedem. Kien hawn li rreferu għax-xogħol li bħalissa qiegħed jagħmel fil-Parlament Ewropew fuq il-liġijiet il-ġodda tal-pakkett Fit for 55, li l-mira tagħhom hi t-tnaqqis tal-emmissjonijiet. Engerer ikkonkluda li huwa biss Gvern Laburista li jaħseb u jaħdem għall-benessere tal-poplu Malti u Għawdxi, u li jkompli juri kemm tassew għandu valuri u qalb soċjali, mhux biss waqt kampanja elettorali, iżda tul dawn id-disa’ snin fit-tmun tal-Gvern.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share