In the Press

Fit-Tmun: Analiżi tal-Primazija tal-Liġi Ewropeja u l-Implimentazzjoni tagħha.

Meta pajjiżi differenti jissieħbu fl-Unjoni Ewropea jagħżlu li ma’ pajjiżi oħra, jiddeċiedu flimkien fuq temi li huma ta’ interess komuni għalihom ilkoll. Bażikament, jaqblu li fuq dawn it-temi, l-benefiċċju li jiddeċiedu flimkien hu akbar milli kieku kull pajjiż jilleġisla għalih innifsu. Biex jintlaħaq qbil fuq kwalunkwe liġi bejn 27 pajjiż, ħafna drabi x-xogħol iku. kbir u jdum xhur, jekk mhux snin. Fl-istess ħin, dan il-qbil irid isib maġġoranza wkoll fil-Parlament Ewropew - mir-rappreżentanti diretti taċ-ċittadini. Ovvjament, kull qbil jiġi permezz ta’ numru ta’ kompromessi, hekk kif kull pajjiż iħares l-interess tiegħu. Meta jkun hemm oqsma li fihom il-pajjiżi jkunu ddeċidew li jilleġislaw flimkien, ikunu qegħdin jaqblu wkoll li fuq dak il-qasam, il-liġi deċiża fuq livell Ewropew tkun dik li tgħodd, u mhux xi liġi dwar dik l-istess tema li jista’ jkollu dak il-pajjiż. Għaldaqstant, il-qbil hu li dik il-liġi maqbula mill-pajjiżi flimkien, tkun suprema fuq il-liġi nazzjonali li tista’ tkun f’kunflitt magħha. Dan jissejjaħ il-prinċipju tal-primità tal-liġi Ewropea. Matul l-aħħar snin, dan il-prinċipju ġibed l-attenzjoni ta’ ħafna, speċjalment wara li l-Polonja, pajjiż bi Gvern b’diżgwiet kontinwu mal-pajjiżi l-oħra Ewropej, iddeċidiet li l-primità tal-liġi Ewropea ma għandix tkun dejjem applikabli. Ovvjament, din l-istqarrija għeżżet il-fondazzjoni tas-sistema Ewropea. Kien għal dan il-għan li l-Parlament Ewropew ideeċieda li jagħmel analiżi ta’ dan il-prinċipju u fl-istess ħin, joħroġ bir-rakkomandazzjonijiet tiegħu ta’ kif il-qafas legali tal-Unjoni Ewropea jista’ jissaħħaħ għall-benefiċċju taċ-ċittadini Ewropej kollha. Kont onorat ħafna meta ġejt mitlub immexxi din il-ħidma fil-Parlament Ewropew. Fiż-żmien li ilni Membru Parlamentari Ewropew, tkellimt fuq temi varji li kienu importanti kemm għall-valuri li jien inħaddan, kif ukoll għalina bħala Maltin, li niġu minn gżira żgħira f’nofs il-Mediterran li għandha ħafna x’toffri fuq livell Ewropew. Dan ix-xogħol li ġejt fdat biħ, m’hu se jkun xejn inqas. Anzi, hija responsabilita’ li se nġorr bl-akbar dedikazzjoni. Il-prinċipju tal-Primazija tal-liġi Ewropea, gie msawwar u msaħħaħ matul is-snin permezz ta’ sentenzi tal-Qorti Ewropea tal-Gustizzja. Niftakarni nistudja l-ewwel każ li kien hemm, dak Taljan ta’ wieħed kunjomu Costa, kontra l-kumpanija Taljana tal-enerġija ENEL. Minn dakinhar ‘l hawn, dan il-prinċipju kompla jissaħħaħ, sakemm illum insibuħ saħansitra anness f’dikjarazzjoni mat-Trattat ta’ Liżbona. Meta tieħu dan kollu f’kunsiderazzjoni, wieħed jibda jifhem l-importanza ta’ dan il-prinċipju. Mingħajru l-Unjoni Ewropea ma tistgħax tiffunzjona u jinħoloq ħafna kaos. Meta l-kunċett tal-Primazija tal-Ligijiet Ewropej ma jibqax jiġi rispettat, dan jikkawża sfidi kbar għas-sistema Ewropeja, kemm dik legali u dik ġudizzjarja. Mingħajr sistema legali komuni, huwa difficli li jkollna ugwaljanza ta’ drittijiet, ċertezza legali, fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, sistema ġudizzjarja imparzjali u fl-aħħar mill-aħħar politika komuni. Dawn huma l-karatteristiċi Ewropej illi jgħaqqduna u li jipproteġuna minn inġustizzji serji. Bi trattat wara ieħor, il-mod ta’ kif taħdem l-Unjoni Ewropea jibqa’ jevolvi maż-żmien u jirrifletti l-bidliet fl-Istati Membri, pero’ prinċipju li ma jista’ jinbidel qatt hu dak tal-primazija tal-liġi Ewropea. Għalħekk nemmen illi x-xogħol fdat lili mill-Parlament Ewropew u wieħed f’waqtu.

MEP Cyrus Engerer

KullĦadd

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share