In the Press

Engerer itemm b’suċċess il-ħidma fil-ġlieda kontra l-kanċer

Din il-ġimgħa bdejt b’mod uffiċjali l-ħidma tiegħi bħala Membru Parlamentari Ewropew. Bdejt il-ġimgħa b’appuntament virtwali mad-Delegazzjoni tal-Partit Laburista biex flimkien niddelegaw ħidmietna fil-kumitati rispettivi tagħna. Minħabba direttivi li nħarġu mill-Parlament Ewropew, il-laqgħat u l-ħidma tagħna iridu jkunu kollha b’mod virtwali, dan hekk kif fi Brussell l-imxija tal-Pandemija laħqet livelli rekord.

Fuq quddiem nett tal-aġenda għal din il-ġimgħa kien hemm bosta temi ta’ importanza għal pajjiżna. Fost dawn kien hemm il-ġlieda Ewropea kontra l-COVID-19 u l-baġit 2021 għall-irkupru ekonomiku ambjentali. Suġġett ieħor li qanqal ħafna diskussjoni kien dak li jirrelata mal-provvista tal-vaċċin. Malta se tkun waħda mill-ewwel stati membri li se tirċievi provista ta’ dan il-vaċċin. Fiż-żmien li ġej se nkun iffukat ukoll f’dibattiti parlamentari f’dan ir-rigward, hekk kif parti integrali tal-kumitat Ambjentali, l-ENVI, tirrelata b’mod dirett fuq is-saħħa pubblika.

Din il-ġimgħa tlaqqat ukoll il-Plenarja fi ħdan il-Parlament Ewropew, fejn fost il-voti li ttieħdu kien hemm dak relatat mal-kandidatura ta’ Roberta Metsola bħala Viċi President tal-Parlamement Ewropew. Jekk xejn, dan il-vot wera b’mod ċar l-intenzjonijiet ta’ Roberta Metsola meta x-xahar li għadda iddefendiet bla riservi l-Gvern Bulgaru tal-Prim Ministru Boyko Borisov fuq akkużi ta’ korruzzjoni u l-koloass tas-saltna tad-dritt, filwaqt li ħaditha qatta bla ħabel kontra d-dimostranti fil-Bulgarija li ilhom għal aktar minn tliet xhur jipprotestaw kontra l-Gvern. Dan il-vot favur il-Bulgarija, Metsola ħaditu b’konvenjenza, biex fil-plenarja tirbaħ il-voti tal-Membri Parlamentari Ewropej Bulgari fi ħdan il-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew. Din il-pożizzjoni tispikka sew mal-pożizzjoni li kienet ħadet l-istess Roberta Metsola fil-konfront ta’ pajjiżha stess, meta fuq akkużi li huma bil-bosta anqas gravi minn dawk tal-Gvern Bulgaru, għamlet minn kollox biex tiskatta Artiklu 7, li kien ifisser li l-Unjoni Ewropea taqta’ l-fondi lil pajjiżna. Bħal donnu l-kejl li tħobb tippriedka tant fuqhu Roberta Metsola japplika għal kulħadd ħlief għalija!

Lil hinn minn Roberta Metsola u l-inkontri tagħha fil-Parlament Ewropew, il-viżjoni tiegħi bħala Membru Parlamentari Ewropew tkompli tibni fuq il-kisbiet b’saħħithom ta’ Miriam Dalli. Partikolarment fil-qasam tad-drittijiet ċivili, l-ambjent, it-tibdil fil-klima u s-saħħa pubblika. Dawn huma oqsma li bħala pajjiż u poplu jaffettwawna, ħafna drabi mingħajr ma nirealizzaw. Meta tikkunsidra d-daqs tagħna, għandna vantaġġ li nistgħu nużawh favurina. Dan hekk kif nistgħu nservu ta’ eżempju ċar fuq kif għandha tiġi miġġielda l-ġlieda globali kontra t-tibdil fil-klima. B’konvinjonzi nemmen li għandna l-abilta’ u r-rieda politika biex bħala pajjiż insiru mexxejja global f’dan ir-rigward.

B’determinazzjoni u f’sinerġija ma’ sħabi se nkompli ngħolli isem pajjiżna ‘l fuq. L-appell tiegħi lil dawk li għadhom mhux konvinti minnhi huwa wieħed sempliċi ħafna. Iġġudikawni fuq ħidmiti. Se nkun qed nagħmel ħilti kollha f’dawn it-tliet snin u nofs li ġejjin f’ħidmiti bħala Membru Parlamentari Ewropew b’risq Malta tagħna.

MEP CYRUS ENGERER

Torca

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share