In the Press

Enerġija: Fil-Parlament Ewropew Engerer iħeġġeġ lill-Ewropa timxi fuq l-eżempju ta’ Malta

“L-ekonomija progressiva li tpoġġi lin-nies fiċ-ċentru tagħha, hi waħda li f’Malta ħalliet il-frott matul dawn l-aħħar disa’ snin. B’hekk, rajna l-akbar rati ta’ tkabbir ekonomiku fl-Ewropa u l-inqas rati ta’ qgħad fl-istorja tagħna.” Hekk qal il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Cyrus Engerer, hu u jindirizza seduta tal-plenarja tal-Parlament Ewropew din il-ġimgħa fi Strasburgu – fi sfond ta’ kriżi ta’ enerġija u inflazzjoni li qiegħda tolqot l-Ewropa, konsegwenza tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna. Fl-intervent tiegħu Engerer enfasizza fuq id-differenzi fil-politika bejn il-Partiti Soċjalisti u dawk Nazzjonalisti. Huwa fakkar kif pajjiżi mmexxija minn Gvernijiet Nazzjonalisti jibqgħu jinforzaw miżuri t’ awsterita’ li jkomplu jżidu l-piżijiet fuq il-familji u n-negozji – hekk kif kien għażel li jagħmel ukoll ‘bil-qalb’ Gvern Nazzjonalista fl-2010, fi sfond ta’ kriżi ħafna inqas severa minn tal-lum. Huwa sostna li bil-kuntrarju, il-Gvern Laburista f’Malta “ma waqafx jgħin lil- familji u lin-negozji sa mill-bidu tal-pandemija, u issa matul il Gwerra, filwaqt li xorta qiegħed iżomm il-finanzi tal pajjiz ‘on track’ skond ir-regoli Ewropej”. Triq li, skond Engerer, hija waħda ta’ ekonomija b’saħħitha li tinvesti fin-nies u fin-negozji, sabiex tkompli ddawwar ir-rota ekonomika tal-pajjiż. Engerer appella lill-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll lill-Gvernijiet ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea, bex iħarsu lejn u jaddottaw il-mudell ekonomiku mħaddan mill-Gvern Malti, biex l-ekonomija Ewropea tibqa’ b’saħħitha u reżiljenti quddiem l-isfidi li qiegħda taffaċja bħalissa, biex b’hekk il-piż fuq dawk l-aktar vulnerabbli jkun mill-inqas possibbli. “B’hekk rrid inħeġġeġ lil ħaddieħor, inkluż lill-Kummisjoni Ewropea, li meta jitnaqqsu l-piżijiet minn fuq il-familji u n-negozji, tkun qiegħed toħloq klima ekonomika li tkompli ġġib tkabbir u aktar saħħa ekonomika,” temm jgħid Engerer.

MEP Cyrus Engerer

It-Torca

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share