In the Press

Cyrus Engerer magħżul għall-COP26 minn fost il-Parlament Ewropew

Il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer ġie magħżul minn fost il-Membri tal-Parlament Ewropew fid-delegazzjoni ta’ politiċi għall-ikbar avveniment globali favur l-ambjent u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-konferenza COP26 ġewwa Glasgow, fl-Iskozja. “Irridu ninsistu kontinwament fuq it-tibdil tal-klima u mhux inħalluh bħala suġġett, li meta jfetlilna niddiskutuh,” sostna Engerer. “Id-dinja qed tisħon minħabba l-emissjonijiet tal-fossili ikkawżat mill-bniedem. Dan qed iwassal f’temp vast li mhux imdorrijin bih u li qed narawh jaffettwana anke saħansitra, dak li rajna fi Sqallija f’dawn il-jiem li għaddew.” L-aħħar 10 snin kienu l-aktar 10 snin sħan b’rekords assoluti jitkejlu saħansitra anke f’pajjiżna stess. Fl-isfond ta’ din il-kriżi ambjentali u klimatika, madwar 25,000 persuna mistennija jiltaqgħu fi Glasgow fosthom mexxejja, negozjaturi u ġurnalisti. “Ix-xogħol iebes li qegħdin nagħmlu mill-uffiċċju tiegħi fuq l-ambjent u l-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea qiegħed iħalli l-frott u dan qiegħed jiġi rikonnoxxut mill-grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi, kif ukoll mit-tmexxija tal-Parlament Ewropew”, qal Cyrus Engerer filwaqt li saħaq li hu ta’ privileġġ għalih li se jkun qiegħed jipparteċipa fil-konferenza tan-Nazzjonijiet Maqgħuda COP26 fid-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew. Il-COP hi l-konferenza li ġġib lill-mexxejja kollha ta’ madwar id-dinja flimkien f’diskussjonijiet u negozjati dwar il-miżuri ambjentali li d-dinja għandha bżonn tieħu bħala parti mill-ġlieda essenzjali kontra t-tibdil fil-klima. “Bħala Unjoni Ewropea rridu nassiguraw li l-ambizzjoni b’saħħitha tagħna tasal għand ħaddieħor. Ma għadux iż-żmien ta’ disussjonijiet. Dan hu ż-żmien għal azzjoni konkreta dinjija u urġenti biex innaqqsu l-impatt negattiv tal-ħsara li għamilna bħala bnedmin matul l-aħħar diċenji. Il-miri li għandna quddiemna għall-2030 u l-2050 m’humiex għażla u issa rridu naraw li kull Stat Membru jimplimentahom u fl-istess waqt nassiguraw li aktar pajjiżi minn madwar id-dinja jingħaqdu magħna għall-ogħla ambizzjonijiet possibli,” saħaq Engerer. Engerer ikkonkluda billi qal li bħala Nazzjonijiet Maqgħuda rridu nassiguraw li ħadd ma jaqa’ lura f’din il-mixja l-ħadra tagħna u li din il-mixja għandha tkun waħda ġusta - fejn dawk il-familji u negozji li ma jifilħux ma jkollhomx għalfejn jerfgħu il-piż finanzjarju ta’ din it-transizzjoni.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share