In the Press

Bżonn ta’ deċiżjonijiet b’saħħithom fil-ġlieda kontra l-kanċer

“Filwaqt li matul is-sena u nofs li għaddiet, il-pandemija kienet it-tema ewlenija fil-kumitat tas-saħħa pubblika, wasal iż-żmien li nerġaw nirrankaw fuq temi oħra marbuta mas-saħħa li jaffettwaw liċ-ċittadini fil-ħajja ta’ kuljum”, saħaq il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Cyrus Engerer. Engerer li kien qiegħed jitkellem waqt laqgħa mal-Ministru Sloven għas-saħħa fil-bidu tal-Presidenza Slovena tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea qal li fuq nett tal-aġenda Ewropea għaż-żmien li ġej għandu jkun hemm l-aċċessibilità u l-affordabilità tal-mediċini u trattamenti mediċi, speċjalment fejn jidħol il-mard rari. “Mard ieħor ma waqafx mal-pandemija u l-isfidi li kellna sfortunatament baqgħu magħna. Iċ-ċittadini jistennew, u bix-xieraq, iktar koperazzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u leadership fil-qasam tas-saħħa mill-Kummissjoni Ewropea”, qal Engerer. Hu qal li bħala grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fi ħdan il-Parlament Ewropew se jkunu qegħdin jimbuttaw biex din issir realtà fuq livell Ewropew fi proposta għal Unjoni tas-Saħħa Ewropea. “Fil-kisba ta’ Unjoni tas-Saħħa bejn il-pajjiżi Ewropej għandu jkollna l-interessi tal-pazjent qabel kollox”, spjega Cyrus Engerer. F’referenza għall-kanċer, b’mod partikolari dak fost it-tfal, Engerer saħaq dwar l-importanza li l-Unjoni Ewropea tinvesti fir-riċerka għal trattamenti u mediċini ta’ fejqan, hekk kif illum huma biss nofs il-mediċini disponnibli li huma ppruvati bħala addattati għat-tfal. Dan fikwaqt li l-kanċer hu l-kawża tal-ikbar numru ta’ mwiet fost it-tfal. “Irridu naraw li l-kumpaniji li jaħdmu f’dan il-qasam kkollhom ir-riżorsi biex jinvestu fir-riċerka tal-kanċer fost it-tfal, minkejja li n-numru ta’ pazjenti hu iżgħar”, saħaq Engerer, waqt li qal li jrid jitjieb ukoll id-djalogu mar-regolaturi f’pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea biex nassiguraw il-kwalità tal-mediċini żvillupati. Filwaqt li tenna s-sodisfazzjon tiegħu li l-Aġenzija tal-Mediċini Ewropea qiegħdha taħdem fuq dawk li jissejjħu ‘unmet medical needs’ li anke huma msemmijin fl-istrateġija tal-farmaċewtika Ewropea, Cyrus Engerer qal li dan għandu jiġri mhux biss fil-kura tal-kanċer, iżda anke fil-kura ta’ mard ieħor fost it-tfal. “Wasal iż-żmien għal riżultati aħjar permezz ta’ deċiżjonijiet b’saħħithom”, ikkonkluda Engerer.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share