In the Press

Budget favur l-Ambjent

Nieħu gost nara li fl-aħħar, pajjiżna għandu Gvern li jinteressah mill-ambjent ta’ madwarna. Jinteressah bil-fatti u b’miżuri li tħabbru fil-Budget 2022 li jinċentivaw u jgħinu biex l-ambjent ikun issalvagwardjat aħjar għall-ġid taċ-ċittadini kollha, kemm dawk t’issa u anke għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Dan huwa Gvern li mhux biss iparla, jikkritika u joqgħod gallarija iżda Gvern li jwettaq. Ma ninsa qatt il-wegħda li l-Magħtab kien se jwarrad, minn Gvern Nazzjonalista. Dan huwa biss ħsieb wieħed li jiġini f’moħħi. Għall-kuntrarju, il-Gvern Laburista ħareġ b’diversi inizjattivi u ħabbar miżuri li jgħinu lill-pubbliku jkun parteċipi favur ambjent aħjar. Tiġini f’moħħi, l-għotjiet finanzjarji għall-iskrappjar ta’ vetturi li jħammġu li se jerġgħu jkunu estiżi filwaqt li l-għotja għall-iskrappjar ta’ vetturi f’Għawdex se tiżdied b’€1,000. Dan filwaqt ukoll li sabiex jonqsu dawn il-vetturi b’rata iktar mgħaġġla, mit-12 ta’ Ottubru, l-għotja għas-sidien ta’ vetturi li jħammġu f’Għawdex meta din tiġi skrappjata, ser tiżdied b’€1,000 biex b’hekk l-ammont mogħti jitla’ sa massimu ta’ €3,000. U xi ngħidu għat-trasport pubbliku b’xejn għal kulħadd - t-tieni pajjiż li qatt implementa miżura bħal din, wara biss l-Lussemburgu. Min qatt basar qabel li sa naslu s’hawn? Dan huwa grazzi għall-ħidma b’għaqal ta’ Gvern li jaf imexxi. Gvern favur ambjent aktar nadif li b’inizjattiva bħal din, jħeġġeġ lil dak li jkun juża iżjed it-trasport pubbliku. Dan huwa wieħed mis-soluzzjonijiet li għandna biex nnaqqsu l-ammont ta’karozzi mit-toroq tagħna, nnaqqsu l-konġestjoni, u fl-aħħar nnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja tagħna u nimxu lejn il-miri tagħna li nsiru gżira newtrali mill-karbonju sal-2050. Insemmi wkoll il-miżura fil-gżira Għawdxija fejn ser jaraw bini mill-ġdid ta’ madwar 30 kiometru ta’ ħitan tas-sejjieħ li ġġarrfu jew li jinsabu fi stat ħażin b’investiment ta’ €10 miljun minn fondi Ewropej. Insemmi wkoll il-ground ta’ Schreiber Pace Grasso f’Raħal Ġdid li se jkun qed jinbidel fi spazju miftuħ u edukattiv ta’ tnax-il elf metru kwadru. Tħabbar li f’dan il-proġett se jitħawlu aktar minn 165 siġra, 2,500 arbuxxella u 1,500 pjanta ornamentali. Apparti wkoll, li ser ikun qed isir ix-xogħol neċessarju ta’ riġenerazzjoni tal-ġnien ta’ Sant’Anton f’Ħ’Attard. Bla dubju rridu nsemmu wkoll ix-xogħol fuq l-akbar park nazzjonali, dak f’Ta’ Qali li huwa mistenni jitkompla fejn matul is-sena li ġejja mistenni li jibdew il-fażijiet tal-parkeġġ u kif ukoll spazji għall-ġiri u ċ-ċikliżmu. F’dan il-park se jkun qed jikber bi spazju akbar minn 60 grawnd tal-football u se jitħawwlu aktar minn 60,000 siġra matura. Dan filwaqt li se jibda wkoll ix-xogħol fuq trattament għad-drenaġġ biex jibda jissuplixxi l-ilma lil dan il-park sabiex jibda jaħdem b’mod sostenibbli. Nilqa’ wkoll l-pjan tal-Gvern sabiex jinvesti €20 miljun ewro u jniedi l-Park Nazzjonali tal-Inwadar, fl-inħawi ta’ Wied l-Għajn - li se jkun bosk ikbar mill-Buskett. Dan bla dubju ser joffri serħan tal-moħħ għal ħafna, hekk kif dejjem nsostni li l-fatt li wieħed jkun mdawwar bil-kampanja u l-ħdura jgħin għas-saħħa mentali ta’ dak li jkun. U l-lista ma tieqafx. Dan huwa budget mimli prijoritajiet favur iċ-ċittadini kollha li jwettaq ġustizzja wkoll favur ambjent aħjar u sostenibbli. B’hekk nistgħu nitkellmu fuq Malta li rridu għal uliedna.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share