In the Press

Ambjent: Approvat ir-rapport ta’ Cyrus Engerer dwar l-emissjonijiet

Il-Kumitat tal-Ambjent tal-Parlament Ewropew approva b’vot b’saħħtu r-rapport li kiteb l-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer. Dan ir-rapport hu l-ewwel wieħed li ġie approvat mill-pakkett Fit for 55, li jitratta r-riformi imeħtieġa biex jitnaqqsu l-emissjonijiet madwar l-Unjoni Ewropea, fejn il-Kummisjoni Ewropea qed tipproponi miżuri biex sas-sena 2030, jitnaqqsu l-emissjonijiet b’ 55%.. F’kummenti wara li tħabbar ir-riżultat tal-vot fil-Kumitat tal-Ambjent, Engerer esprima s-sodisfazzjon tiegħu li l-gruppi maġġuri tal-Parlament Ewropew ingħaqdu u appoġġjaw il-ħidma tiegħu fuq dan ir-rapport tant importanti għall-futur tal-ambjent u l-klima fl-Unjoni Ewropea. ‘Ninsab onorat u kuntent li x-xogħol kollu li wettaqna fuq dan ir-rapport kiseb daqshekk appoġġ fil-Kumitat tal-ambjent,’ qal Engerer. ‘Dan huwa rapport li ser iħalli impatt pożittiv fuq kull ċittadin fuq il-kontinent tagħna, għaliex ilkoll kemm aħna għandna d-dritt għal arja nadifa u ħielsa mill-emissjonijiet.’ Huwa spjega kif issa, ‘l pass li jmiss hu li dan ir-rapport jiġi ppreżentat quddiem il-Membri Parlamentari Ewropej kollha, waqt sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew, biex imbagħad issir parti mil-liġijiet tal-Unjoni Ewropea, wara li jiġi nnegozzjat mal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. ‘B’dan ir-rapport qiegħdin nuru bil-fatti l-impenn li għandna favur l-ambjent, li jitnaqqsu l-emissjonijiet, u li nkunu l-ewwel kontinent newtrali mill-karbonju sas-sena 2050. B’hekk, qiegħdin naħdmu għal kwalita’ ta’ħajja aħjar, Ewropa aktar b’saħħitha, filwaqt li nkompli nħarsu n-natura u l-bijodiversita’ tagħna,’ kkonkluda Engerer.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share