In the Press

Engerer jesponi l-ipokrezija ta’ numru ta’ pajjiżi Ewropej dwar l-Immigrazzjoni f’diskors b’saħħtu fil-Parlament Ewropew

Il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer tkellem b’mod b’saħħtu fil-Parlament Ewropew dwar numru ta’ pajjiżi Ewropej li ħallew il-pajjiżi tal-Mediterran bħal Malta waħeidhom fuq l-immigrazzjoni. “X’ipokrezija li numru ta’ pajjiżi li stanew bil-kolonizazzjoni tal-pajjiżi Afrikani, issa mhux talli insew, iżda talli ramew liċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi”, qal Engerer. Hu kompla billi qal li hemm numru ta’ pajjiżi Ewropej li qegħdin ibiegħu l-armi lil numru ta’ ditatturi Afrikani u li imbagħad jistgħaġbu li ċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi jaħarbu mill-gwerrer u l-persekuzjoni. “X’ipokrezija Sur President li pajjiżi li jbiegħu l-armi lil ditatturi fl-Afrika, ma jaċċettawx lil immigranti li qegħdin jaħarbu mill-gwerra miġġielda bl-istess armi tagħhom”, saħaq Engerer fil-Parlament Ewropew. “Din hi r-realtà tal-Unjoni Ewropea llum”, qal Engerer. Hu tkellem ukoll dwar dawk il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li huma nfushom jakkwistaw numru ta’ fondi Ewropej ta’ solidarejtà, iżda li imbagħad ma juru l-ebda solidarjetà mal-pajjiżi tal-Mediterran li jitħallew waħedhom quddiem l-isfida tal-immigrazzjoni rregolari. Il-Memberu Parlamentari Ewropew Engerer huwa l-unika membru Malti fil-Kumitat LIBE tal-Parlament Ewropew, li jitratta s-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni fl-Unjoni Ewropea. Sa mill-bidu nett tal-mandat tiegħu, Engerer kontinwament wassal il-messaġġ tal-Gvern Malti, li s-solidarjeta’ mal-pajjiżi li jinsabu mal-fruntiera tal-Unjoni hi kruċjali fil-mixja lejn soluzzjoni Ewropea għal din il-kriżi umanitarja. B’messaġġ lill-mexxejja fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Engerer tkellem fuq il-fatt li l-liġijiet dwar l-immigrazzjoni ilhom mweħħla għal tmien snin sħaħ. Engerer ħeġġeġ li jintlaħaq qbil fuq it-triq ‘il quddiem għal din ir-realta’ mill-iktar fis possibli. “Fil-Parlament Ewropew għandna pożizzjoni b’ saħħitha favur is-solidarjeta’ Ewropea mal-pajjiżi tal-fruntiera fil-baħar Mediterran. Għandna posizzjoni b’saħħitha dwar x’għandu jsir mill-immigranti irregolari li qiegħdin jaslu fl-Unjoni Ewropea”, qal Engerer. “Bl-istess mod għandu jkun hemm qbil fil-Kunsill biex bħala Unjoni magħquda, naffaċjaw din l-isfida lkoll flimkien,” temm jgħid Engerer.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share