In the Press

Dmirna huwa li noħolqu mekkaniżmi u liġijiet li jaħdmu għal kulħadd

Nhar it-Tnejn li għadda, 28 ta’ Novembru tal-2022, fil-Parlament ġiet diskussa l-emenda fil-Kodiċi Kriminali biex tkun imħarsa ħajjet l-omm f’każ li ħajjitha tkun qiegħda f’riskju jew inkella, l-omm ikollha saħħitha f’periklu gravi. Gvern Laburista wasal għal dan il-pass wara li ra sew kif il-ħajja umana tkun protetta bla ebda lok ta’ telf ta’ ħajja minħabba l-liġi tal-pajjiż. Fil-fatt, l-għan tal-abbozz ta’ liġi huwa li tkun iċċarata l-pożizzjoni legali tat-tabib u tal-omm f’ċirkostanzi fejn jinqalgħu kumplikazzjonijiet mediċi li tpoġġilha ħajjitha f’riskju kbir. Madanakollu, il-magna tal-Partit Nazzjonalista, kif tagħmel dejjem, u kif anke għamlet lura fis-snin meta kienet tressqet ‘il quddiem il-liġi tad-divorzju, infexx ibeżża’ lill-poplu li dan huwa l-bieb li se jinfetaħ sabiex f’pajjiżna jidħol l-abort. Il-Partit Laburista, fakkar li b’dak li kien diskuss it-Tnejn filgħaxija fil-parlament, ma kien bl-ebda mod se jwassal biex l-abort isir legali fil-liġijiet ta’ pajjiżna. Imma donnu l-Partit Nazzjonalista ma jinbidilx. Baqa’ l-istess. Ibeżża’ u jdawwar kif jaqbillu. Ma ninsewx li dan ġara wkoll fir-rigward ta’ bosta drittijiet ċivili fejn kien inċert x’ser jagħmel. Tajjeb li l-pubbliku jkun infurmat sew u jifhem eżatt x’qed jipproponi l-Gvern; li ssir emenda waħda biss. Din hi, li tiċċara li meta l-professjonisti mediċi jaqblu li t-tqala għandha tkun itterminata minħabba kumplikazzjoni medika, li kif semmejt diġà bosta drabi hawn fuq, tkun qed tpoġġi f’riskju l-ħajja tal-omm, din it-terminazzjoni ma tkunx meqjusa bħala reat taħt l-artikoli 241(2) jew 243 tal-istess kodiċi kriminali. Dan juri biċ-ċar, li l-artikoli diġà esitenti fil-kodiċi kriminali dwar l-abort, ser jibqgħu hemm. Partit Laburista fil-Gvern jafda wkoll fil-professjonista mediċi u jemmen ukoll li kull ħajja, għandha tkun imħarsa nkluż dik tal-omm. Il-Prim Ministru Robert Abela kien ċar ukoll fid-diskors tiegħu waqt intervista fuq ONE Radio l-Ħadd li għadda, fejn spjega li l-Gvern mhux qed jillegalizza l-abort iżda spjega kif hemm lakuna li trid tkun indirizzata. Dan, totalment kuntrarju għal dak li qed jippruvaw jiżirgħu fl-imħuħ tan-nies, mill-Partit Nazzjonalista. Fl-aħħarnett, dan kollu juri kemm il-Partit Laburista fil-Gvern jisma’ l-karba tan-nies u jifhem il-polz tagħhom. Huwa Gvern Laburista li jbiddel u jmexxi ‘l quddiem lil pajjiżna, kuntrarju għall-Partit Nazzjonalista li jibqa’ juri każ wara l-ieħor, li ma nbidel xejn iżda baqa’ staġnat.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share