In the Press

Unjoni tas-Saħħa Ewropea – Wasal iż-żmien?

Fiċ-ċrieki Ewropej, qed tqum il-mistoqsija dwar jekk wasalx iż-żmien li jiġi kkunsidrat il-bidu ta’ Unjoni tas-Saħħa Ewropea, li permezz tagħha l-Istati Membri jkunu jistgħu jgħinu lil xulxin fil-qasam mediku. Ipparteċipajt f’dibattitu interessanti mal-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa Stella Kyriakides, u l-kollegi fil-Kumitat tal-Ambjent, li fi ħdanu għandu wkoll ir-responsabbiltà tas-saħħa pubblika. Wieħed mill-punti l-iktar diskussi waqt dan id-dibattitu kien dwar il-vulnerabbiltà tal-Istati Membri meta jaħdmu f’iżolament u l-importanza tal-kooperazzjoni f’dan il-qasam.

Naqbel mal-ħolqien ta’ din l-Unjoni. L-għaqda u s-solidarjetà huma l-bażi primarja li fuqha hija mibnija l-Unjoni Ewropea, u jekk hemm żmien li fih nistgħu nuru dan, huwa propju bħalissa. Permezz ta’ Unjoni tas-Saħħa Ewropea inkunu qed niżguraw li pajjiżi żgħar bħal pajjiżna ikunu jistgħu isibu l-għajnuna minn Stati Membri oħra, mhux biss finanzjarjament, iżda wkoll għajnuna li tirrigwardja l-kura tal-pazjenti, ir-riċerka u r-riżors uman.

Wasal iż-żmien li l-Unjoni Ewropea tattwa l-prinċipju tas-solidarjeta’ fil-prattika. Irridu nitgħallmu lezzjoni importanti minn dak li ġarrbet l-Italja fl-ewwel mewġa tal-pandemija. Dak iż-żmien, l-Italja sabet il-bieb magħluq minn Stati Membri oħra, hekk kif kull Gvern kien iffukat sabiex jiġġieled il-ġlieda kontra l-pandemija f’pajjiżu. Fuq kollox, huwa importanti wkoll li din l-Unjoni tkun ikkumplimentata bi strateġija li permezz tagħha din l-għajnuna tkun tista’ tasal fiż-żmien meħtieġ.

Sintendi, dan kollu jrid isir bi ħsieb u strateġija ċara. Pajjiżna ma jistax ikun mistenni li jġorr l-istess piż bħal dak li jġorru pajjiżi bħall-Ġermanja u l-Italja, sempliċiment għaliex l-infrastruttura tagħna ma tkoprix għal dan. It-triq ’il quddiem u kif din l-Unjoni tista timaterjalizza hija waħda li rridu niddibattu u niżguraw li nissalvagwardjaw l-aqwa interessi ta’ pajjiżna.

Fiż-żmien li ġej, se nkompli naħdem u nikkonvinċi Membri Parlamentari Ewropej oħra sabiex din il-proposta ta’ Unjoni tas-Saħħa komuni tkompli tiġi diskussa u gradwalment ifformulata. Flimkien, irridu nibnu pedamenti b’saħħithom sabiex kollettivament bħala 27 stat membru inkunu nistgħu nidentifikaw, inħejju u nirrispondu b’mod aktar kollettiv għall-pandemiji futuri. Nemmen bi sħiħ li pajjiżna, bħala l-iżgħar stat membru, jista’ jgawdi bi sħiħ minn din il-proposta li tassigura kwalità ta’ ħajja u serħan il-moħħ għall-pazjenti Maltin u Ewropej.

Orizzont

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share