In the Press

‘Tispikka l-għaqal u ċ-ċertezza fit-tmexxija ta’ Robert Abela’

F’għeluq s-sentejn mill-elezzjoni ta’ Robert Abela bħala mexxej tal-Partit Laburista, il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer saħaq li t-tmexxija ta’ Robert Abela kienet waħda ta’ deċiżjonijiet sodi għall-imodernizzar ta’ Malta. “Kienu sentejn diffiċli ħafna, imma wrew kemm il-Prim Ministru Robert Abela kapaċi jieħu deċiżjonijiet, anka fost l-iktar diffiċli” qal Engerer. Huwa fakkar kif il-Prim Ministru ħadem fuq diversi temi sensittivi, ‘l hinn mill-pandemija, fosthom il-ġustizzja, s-saltna tad-dritt, il-governanza u l-immigrazzjoni. Fuq kollox, Engerer faħħar id-direzzjoni ekonomika li baqgħet għaddejja biha Malta taħt t-tmexxija ta’ Robert Abela, hekk kif minkejja l-isfidi bla preċedent li d-dinja affaċċjat tul dawn l-aħħar sentejn, pajjiżna rnexxilu jżomm il-momentum ekonomiku li wassal għall-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja ta’ pajjiżna dan filwaqt illi aċċerta li d-drittijiet ċivili ma’ jiġux kkompromizzati, u titkompla l-mixja lejn soċjeta’ aktar ġusta w ugwali. “Wieħed ma jistax ma jinnotax kif grazzi għall-mod kif ittieħdu d-deċiżjonijiet mill-Prim Ministru, llum għandna l-inqas rata ta’ qgħad li qatt kelna, tkabbir ekonomiku, mxejna iktar viċin lejn l-ugwaljanza, u fuq kollox, pajjiż li ma jiqafx joħlom u jħares ‘il quddiem għall-ġejjieni tagħna lkoll,” kompla Engerer. Engerer temm jgħid li hekk kif din s-sena l-poplu Malti se jkun mgħajjat biex jagħżel d-direzzjoni li jixtieq jieħu tul il-ħames snin li ġejjin, jinsab ċert li l-maġġoranza se terga tagħżel biex jitkompla l-legat li qiegħed iħalli il-Prim Ministru Robert Abela f’pajjiżna.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share