In the Press

‘Ser inkompli nwassal il-messaġġ tal-poplu Malti favur id-demokrazija u saltna tad-dritt’

Il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer għal darb’ oħra faħħar il-ħidma tal-Gvern Malti favur it-tisħiħ tas-Saltna tad-Dritt u Governanza tajba - u semma’ kif dan is-sentiment kien qiegħed jinqasam ukoll fost il-kollegi tiegħu fi ħdan il-Kumitat tal-Ġustizzja u Drittijiet Ċivili fil-Parlament Ewropew. Dan hekk kif membri ta’ dan il-kumitat qiegħdin jippreparaw għal viżta ta’ monitoraġġ f’pajjiżna fil-ġimgħat li ġejjin. Engerer fakkar kif dawn il-missjonijiet huma normali f’kull stat membru, u parti mir-rutina ta’ dan il-Kumitat, biex ikun assigurat li s-saltna tad-dritt u d-demokrazija madwar l-Unjoni Ewropea huma tassew vibranti u b’saħħithom. ‘Din il-missjoni tal-Kumitat tal-Ġustizzja hija opportunita’ għalina lkoll,’ tenna Engerer. ‘Opportunita’ biex nuru l-bqija tal-Unjoni Ewropea li d-demokrazija u l-liberta’ huma valuri li aħna l-Maltin u Għawdxin lkoll nżommu viċin ta’ qalbna. Ma ninsewx li fejn jidħlu id-drittijiet ċivili, pajjiżna ma kienx biss fost l-ewwel li wettaq ċertu riformi, iżda kien pijunier biex imexxi pajjiżi oħrajn fl-istess direzzjoni - u ta’ dan għandna biex inkunu tassew kburin.’ Fuq is-saltna tad-dritt, Engerer fakkar fir-riformi bla preċedent li twettqu mill-Gvern Malti tul dawn l-aħħar snin biex tissaħħaħ is-sistema governattiva ta’ pajjiżna - riformi li rċevew tifħir mingħand il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, kif ukoll il-Kummissarju tal-Ġustizzja, Didier Reynders. Fi kliemhom, Malta hija ‘l-eżempju ta’ pajjiż li għandna nħarsu lejh biex naraw impenn b’saħħtu biex tkompli tissaħħaħ id-demokrazija.’ Engerer sostna li issa jmiss li dan il-messaġġ inkoraġġenti jkun ikkonfermat mill-Parlament Ewropew, filwaqt li l-monitoraġġ fuq Malta jingħalaq għal kollox, u li jkun konkluż fuq nota pożittiva. ‘Filwaqt li nistenna li l-Parlament Ewropew jikkonferma r-riformi li twettqu minn dan il-Gvern biex jissaħħaħ il-ġustizzja u d-demokrazija f’pajjiżna, fil-ħidma tiegħi fil-Kumitat tal-Ġustizzja ser inkompli nwassal il-messaġġ tal-poplu Malti - poplu li huwa tassew kburi bil-bidliet kbar li saru, u li ser ikomplu jsiru, biex pajjiżna jkun tassew eżempju ħaj ta’ soċjeta’ li tħaddan il-valuri tal-Unjoni Ewropea minn kull aspett,’ ikkonkluda Engerer.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share