In the Press

Rikonoxximent Ewropew għal-ħidma tal-Gvern Malti fil-qasam tal-ġustizzja

Il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer laqa’ b’ sodisfazzjon ir-rimarki li għadda l-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja Didier Reynders, fejn faħħar ir-riformi li twettqu mill-Gvern Malti fil-qasam tal-ġustizzja u s-saltna tad-dritt, tul dawn l-aħħar sentejn. ‘Il-kummenti tal-Kummissarju Reynders fuq is-saltna tad-dritt u r-riformi li saru fil-qasam tal-ġustizzja f'Malta jiriflettu l-kummenti li nisma’ ta' spiss fost il-kollegi tiegħi fil-Kumitat tad-Drittijiet Ċivili u Ġustizzja. Ħdimt ħafna tul din l-aħħar sena biex nuri lill-sħabi MEPs barranin il-kisbiet li għamel pajjiżna f'dan il-qasam taħt it-tmexxija ta' Robert Abela - u jidher li dan il-messaġġ wasal, u wasal sew,’ irrimarka Engerer. Huwa fakkar ukoll kif l-impenn tal-Gvern Malti ġie rikonuxxut mill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, fid-diskors tagħha mal-Membri Parlamentari Ewropej kollha f’Settembru li għadda, fejn semmiet lil Malta bħala pajjiż eżemplari fejn twettqu r-riformi rrikmandati mill-Kummisjoni ta’ Venezja, u li qiegħed jimxi b’dedikazzjoni biex titkompla t-triq u tissaħħaħ is-saltna tad-dritt. Engerer saħaq li fi sfond ta’ dawn il-kummenti pożittivi dwar il-ħidma tal-Gvern Malti f’dan il-qasam, il-ħidma f’dan il-qasam trid titkompla b’impenn sħiħ, biex pajjiżna jieħu r-reputazzjoni bħala wieħed mill-pijunieri fejn jidħol is-saltna tad-dritt Ewropea. ‘Qiegħdin naraw is-sitwazzjoni tas-saltna tad-dritt u ġustizzja tieħu daqqa lura f’diversi pajjiżi Ewropej. Bl-istorja ta’ suċċess ta’ Malta, irridu nuru lil pajjiżna bħala raġġ ta’ tama għal bqija tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li nkomplu naħdmu biex nassiguraw soċjeta’ ġusta’, temm jgħid Engerer.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share