In the Press

Qed infittex l-aħjar interess għall-ambjent u s-saħħa tal-bniedem

In-negozjati dwar il-liġi tal-iskart din il-ġimgħa komplew jintensifikaw. Minn naħa tiegħi se nkun qiegħed infittex l-aħjar interess għall-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Lura f’Diċembru li għadda, ingħatajt il-fiduċja mill-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi biex ninnegozja l-liġi tal-Unjoni Ewropea magħrufa bħala il-“Waste Shipment Regulation”. Sħaqt dakinhar, u nibqa’ nisħaq kontinwament, li bħala Ewropej ma nistgħux inħarsu li nżommu l-pajjiżi tagħna nodfa u sana filwaqt li nesportaw l-iskart tagħna u l-periklu li dan jista’ jġib miegħu lejn pajjiżi li għadhom qegħdin jiżvillupaw. Apparti minn hekk, dawn il-pajjiżi għandhom bżonn għajnuna u mhux esplojtazzjoni. Ilkoll qed ngħixu fl-istess dinja u l-impatt ambjentali ta’ deċiżjonijiet inaċċettabli bħal dawn hu fuq id-dinja kollha u mhux biss fuq il-pajjiż li jkun qiegħed jiġi mormi fih dan l-iskart. Permezz ta’ dan ir-regolament dwar it-trasport tal-iskart, l-Unjoni Ewropea ser tiżgura t-trasparenza u t-traċċabilità ta’ min jagħmel in-negozju mill-iskart fi ħdan l-UE; naċċertaw li titwaqqaf l-esportazzjoni ta’ skart lejn pajjiżi li għadhom qegħdin jiżvillupaw fejn ma hemmx standards għolja bħal ma għandna fl-Unjoni Ewropea; kif ukoll tkun ħarsa lejn l-illegalita’i biex ikun żgurat li l-iskart ikun trattat kif meħtieġ lejn ekonomija ċirkolari. Dan hu l-mument tal-ambjent. Ma nistgħux naċċettaw li ssir iktar ħsara ambjentali u għandna nieħdu l-passi kollha neċċessarji biex nipproteġu l-pjaneta tagħna. Ma rridux inkunu egoisti u naħsbu fina nfusna biss. Irridu naħsbu għall-futur iminenti kif ukoll għal dak li se jkollhom uliedna u wlied uliedna. F’Marzu tas-sena l-oħra, kont ukoll maħtur bħala n-negozjatur tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew fil-kumitat għall-Ambjent u anke s-Saħħa Pubblika dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mill-asbestos. Tennejt li l-Gvern preżenti mhux biss kien fuq quddiem nett biex l-asbestos jitneħħa minn fuq il-postijiet tax-xogħol iżda wkoll jikkumpensa lil dawk l-aktar affettwati. Irridu niftakru wkoll, li meta nitkellmu dwar l-ambjent, l-isfera hija waħda wiesa’ u ma tittrattax biss l-ambjent tal-art, il-baħar u l-arja iżda anke l-materjali li jintużaw fil-ħajja u l-ħidma ta’ kuljum. Irridu nibdew minna nfusna billi nnaqsu l-ħela, neliminaw kemm nifilħu l-użu tal-plastik li ħafna minnu anke jispiċċa fl-ibħra u li dan ikun ta dannu kbir. Apparti li n-natura wisq tbati minn din l-azzjoni, fosthom il-ħlejqiet li jispiċċaw anke jippruvaw jieklu minnu. Il-plastik idum snin kbar biex u jekk xi darba jiddiżintegra. Matul l-2020 kont ukoll il-Ko-President tal-Kunsill Konsultattiv għall-Ippjanar Intelliġenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar fejn ħeġġiġt lill-Gvern, Kunsilli Lokali, is-Soċjetà Ċivili u l-Għaqdiet Non-Governattivi biex jadottaw approċċ ħolistiku favur aċċess għan-natura. Flimkien irridu naslu; għall-ġid tagħna, ta’ uliedna u tad-dinja li ngħixu fiha.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share