In the Press

Politika progressiva għall-ġid tal-familji Maltin u Għawdxin

“Fix-xogħol fil-Kumitat tas-Saħħa fil-Parlament Ewropew kontinwament nisħaq li għandna nibbażaw id-deċiżjonijiet politiċi dwar is-saħħa tal-bniedem fuq ix-xjenza. Dak hu l-pass li jmiss anke f’pajjiżna fir-riforma mwiegħda għal-liġi tal-IVF”, stqarr il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer inkarigat mill-qasam tas-saħħa. Hu spjega kif illum ngħixu f’dinja fejn permezz tal-avvanzi teknoloġiċi u tax-xjenza, għandna għoddod ġodda u effettivi biex ngħelbu diversi sfidi, speċjalment fil-qasam mediku. “Dawn l-avvanzi xjentifiċi għandhom jintużaw għall-benefiċċju taċ-ċittadini, inkluż biex ikunu jistgħu jiffurmaw il-familja tagħhom”, saħaq Engerer. Hu kien qiegħed jagħmel referenza għat-tibdil meħtieġ biex koppji Maltin u Għawdxin ikunu jistgħu jużaw servizzi estensivi tal-IVF f’pajjiżna stess u mhux ikollhom imorru f’pajjiż ieħor Ewropew biex jinqdew, bl-ispejjeż kollha li dan iġib miegħu. “Konvint li l-forzi konservattivi tal-pajjiż se jerġaw jipprovaw iwaqqfu l-progress, iżda pajjiżna jrid jimxi ‘l quddiem u dawk kollha fil-bżonn ħerqana jaraw din il-bidla ssir realtà fl-ewwel mitt jum” qal Engerer. Engerer saħaq li bħala Membru fil-Kumitat tas-Saħħa tal-Parlament Ewropew, huwa dejjem ħadem sabiex jiġi assigurat li ċ-ċittadini Ewropej ikollhom aċċess għall-mediċini, kura u trattamenti affordabli., “Is-servizzi mediċi huma dritt għal kulħadd, u ħadd m’għandu jkun imċaħħad minnhom. Fil-Parlament Ewropew se nibqa nsemma’ leħni u niġġieled għal dan id-drit, biex b’hekk nimxu lejn soċjeta’ Ewropea li tagħti wens lil kulħadd, u fejn x-xjenza tkun il-bażi biex ittejjeb l-ħajja tagħna l-bnedmin,’ ikkonkluda Engerer.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share