In the Press

“Pagi li jwasslu għal għixien diċenti għal kulħadd”

’Qiegħdin nimxu aktar viċin lejn l-implimentazzjoni tal-qbil storiku li ser iwassal għal qabża l’ quddiem fil-pagi u l-għixien ta’ miljuni ta’ Ewropej - u b’hekk nassiguraw ħajja diċenti għal kull min qiegħed fid-dinja tax-xogħol”, saħaq il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer, hekk kif din il-ġimgħa, il-Gvernijiet Ewropej taw l-approvazzjoni tagħhom fuq il-qbil proviżorju li ntlaħaq bejn l-istituzzjonijiet Ewropej dwar il-paga minima l-ġimgħa l-oħra. B’dan il-ftehim, l-Unjoni Ewropea ser tkun qiegħda timplimenta liġi li tobbliga lil kull Stat Membru jistabilixxi paga minima nazzjonali, li tassigura livell t’ għixien diċenti għall-ħaddiema, skont il-qagħda ekonomika ta’ dak il-pajjiż. Meta dan ma jkunx il-każ, jidħol fis-seħħ mekaniżmu li jirrikalkula l-paga minima biex jirrifletti s-sitwazzjoni kurrenti, u b’hekk neliminaw ir-riskju ta’ staġnar fil-pagi. Engerer spjega kif filwaqt li f’Malta Gvern Laburista daħħal il-kunċett ta’ paga minima nazzjonali għexieren ta’ snin ilu, numru ta’ pajjiżi Ewropej għadhom sal-lum mingħajr din il-garanzija għall-ħaddiema tagħhom. Hu semma’ wkoll kif din il-liġi għandha l-istess sentiment tal-proposta tal-Partit Laburista għall-elezzjoni li għaddiet li tipproponi lii kull ħaddiem jkun awtomatikament membru ta’ unjin, biex jissaħħaħ il-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol. Il-liġi Ewropea tobbliga lill-Istati Membri li jaraw li tal-inqas 80% tal-ħaddiema jkunu msieħba f’unjin. “Fit-tmexxija tan-negozjati ta’ dan il-ftehim, bħala grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi wrejna li għal darb’ oħra, aħna t-tarka tal-ħaddiema Ewropej, u li ser nibqgħu nistinkaw biex ngħollu l-livell tal-għajxien tal-ħaddiema u niġġieldu għad-drittijiet tagħhom”, sostna Engerer. “B’dan il-ftehim, ser insaħħu lill-unjins, u naraw li aktar ħaddiema jkunu koperti minn ftehim kollettiv li jassigura l-aqwa kundizzjonijiet possibbli fuq ix-xogħol”. Hekk kif intlaħaq dan l-akbar ftehim fuq il-protezzjoni tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea, Engerer qal li ma jistax ma jsellimx il-memorja tat-trejdunjonista Malti Tony Zarb, li tant ħadem b’impenn u b’dedikazzjoni favur il-ħaddiema Maltin u anka fuq livell Ewropew.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share