In the Press

“Ottimist bid-direzzjoni li qiegħda tieħu Malta f’dan il-vjaġġ favur demokrazija aktar b’saħħitha”

“Il-Gvern Malti huwa kommess li jkompli jimxi ‘l quddiem u jsaħħaħ id-demokrazija, is-saltna tad-dritt, u l-qrati f’Malta - b’hekk ser nassiguraw li pajjiżna jkun tarka u eżempju ta’ stat membru li verament iħaddan il-valuri tal-Unjoni Ewropea. Dan qed narawh bil-fatti, kemm bir-riformi li ġew implementati, kif ukoll b’dawk li tħabbru, jew qiegħdin fil-proċess li jsiru parti mil-leġislazzjoni Maltija.” Hekk qal il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Cyrus Engerer aktar kmieni din il-ġimgħa, f’intervent waqt laqgħa tal-Kumitat tal-Ġustizzja fil-Parlament Ewropew, hekk kif ġie ppreżentat ir-rapport tad-delegazzjoni Parlamentari li żaret lil Malta fuq missjoni tas-saltna tad-dritt, bejn it-23 u il-25 ta’ Mejju li għadda. Engerer hu l-uniku MPE Malti fil-Kumitat LIBE fi ħdan il-Parlament Ewropew - li jieħu ħsieb materji relatati mal-governanza, ġustizzja u saltna tad-dritt u matul dawn l-aħħar sentejn ħadem ħafna biex ir-riformi li għamlet Malta jkunu esposti fuq livell Ewropew. Huwa innota kif ir-rapport imħejji jagħmel referenza għall-ħidma u l-impenn tal-Gvern Malti, li qiegħed iwettaq u jkompli jħares lejn il-bidliet neċessarji biex tissaħħaħ id-demokrazija u s-saltna tad-dritt f’Malta. Ir-rapport faħħar ukoll it-tibdil fil-mentalita’ lejn dan is-suġġett, kif ukoll il-progress siewi li twettaq mill-awtoritajiet Maltin f’dan ir-rigward. Dan kien punt li qajmet ukoll il-MPE Olandiża Sophie In’t Veld, li mexxiet il-ħidma ta’ din id-delegazzjoni f’Malta. “Għad fadal xogħol xi jsir, pero rajna ħafna progress isir f’qasir żmien, u stajna naraw li s-saltna tad-dritt verament qiegħda tissaħħaħ f’Malta. Nafu li dan huwa proċess li jieħu fit-tul, pero aħna fil-Parlament Ewropew ser inkomplu nagħtu s-sapport tagħna lill-Gvern Malti biex dan il-progress jitkompla, u biex ir-riformi li ġew proposti jiġu mplementati,” qalet In’t Veld hi u tippreżenta r-rapport lill-Membri preżenti. Hija faħħret ukoll il-fatt li Malta ħarġet mill-Greylisting tal-FATF f’qasir żmien, kif ukoll il-ħidma bla waqfien tal-FIAU Maltija biex tikkumbatti kriminalita’ finanzjarja. Hija nnutat ukoll kif il-Gvern Malti qiegħed jaħdem biex jipproteġi l-ġurnalisti, hekk kif tħabbar it-twaqqif qasam ġdid fil-ħidma tal-pulizija li jħares fuq rati mwettqa kontra l-ġurnalisti. Fl-għeluq tad-diskussjoni dwar dan ir-rapport, Engerer ikkonkluda b’messaġġ għal membri preżenti, fejn qal li jinsab “ottimist bid-direzzjoni li qiegħda tieħu Malta f’dan il-vjaġġ favur demokrazija aktar b’saħħitha, demokrazija msejsa fuq il-valuri tagħna Ewropej.”

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share