In the Press

Nisimgħu iżjed il-weġgħat tan-nies

Għaddew l-ewwel mitt jum minn meta l-poplu Malti u Għawdxi kien imsejjaħ biex jaqdi dmiru u jerġa’ jivvota biex jagħżel l-aqwa tmun għal pajjiżu. Mitt jum li fihom diġà rajna bidliet kbar imwiegħda mill-Partit Laburista fil-manifest elettorali. Dan juri li l-Partit Laburista fil-Gvern mhuwhiex biss partit tal-kliem imma tal-azzjoni bil-fatti. Waħda minn dawn il-wegħdiet kbar u importanti kienet l-emendi fil-liġi tal-IVF. Emendi li bihom, ħafna persuni issa jistgħu jaqtgħu xewqithom u jsiru ġenituri għall-ewwel darba. Din il-liġi se tindirizza fost l-oħrajn il-bżonnijiet ta’ dawk li għamlu ċikli ripetuti ta’ IVF li ma kinux suċċess, kif ukoll ta’ persuni b’kundizzjonijiet ġenetiċi serji li jaffettwaw il-vijabilità tal-embrijun jew inkella l-ħajja tat-tarbija, speċjalment f’każijiet meta jkun hemm ftit xhur ta’ ħajja minħabba dawn il-kundizzjonijiet. Dan huwa biċ-ċar Gvern Laburista; gvern li jaħseb verament f’kull persuna li għal darb’oħra, erġajna tajnih il-fiduċja tagħna. Madanakollu, ma nistgħux ngħidu li kollox huwa ward u zaħar. Nisma’ karbiet tan-nies u anke dispjaċiri minn xi wħud. Dan nagħmlu għaliex inkun kontinwament fostkom - għaliex hekk sħaqt minn meta ħriġt għall-politika l-ewwel darba u hekk ser nibqa’ nagħmel; dak li nkun verament viċin tagħkom biex ngħinkom u nwassal it-tħassib, il-weġgħat u x-xewqat tagħkom. Ma rridux ninsew lil ħadd. Ma nistgħux naħsbu li għax il-poplu reġa’ fdana mela noħduh ‘for granted’. Dan ngħidu mhux għal fini ta’ voti, imma f’kuntest ta’ fiduċja u lealtà lejn it-tmexxija attwali tal-gżejjer tagħna. Irridu nkomplu nisimgħu u nżommu saqajna mal-art. Ikun għajb jekk hawn min jaħseb li għax tkun fil-Gvern, int tista’ kollox. Għaliex ir-rota ddur u l-istorja tirrepeti ruħha. Irridu nkomplu niġbdu ħabel wieħed u fejn naraw inġustizzja, anke minn min qed f’pożizzjoni, irriduh iwieġeb u tittieħed azzjoni dwaru. Ħadd ma hu aqwa minn ħadd. Aħna lkoll umani bl-istess bżonnijiet; bl-istess emozzjonijiet u anke uġiegħ. Illum int, għada jien. Għalhekk, ejjew inkomplu nimxu id f’id ‘il quddiem b’għan wieħed; dak li noħolqu l-ġid komuni u nsaħħu s-sisien ta’ soċjetà ġusta li minnha jgawdi kulħadd. Nazzarda ngħid bi kburija, li l-Prim Ministru Robert Abela wera s-serjetà tiegħu f’deċiżjonijiet importanti tul iż-żmien li ilu Prim Ministru, anke jekk forsi mhux dejjem kulħadd qabel miegħu. Imma m’għandi l-ebda dubju, li dan għamlu u jagħmlu fl-aħjar interess tagħna u tagħkom ilkoll. Jieħu deċiżjonijiet fl-aqwa interess tal-poplu Malti u Għawdxi kollhu, irrelevanti hu jew hi min hi. Din għandha tkun l-idea li fuqha nibnu soċjetà iżjed matura, b’politiċi b’iżjed sinsla, li jkunu kapaċi jirrifjutaw jew jaċċettaw proposti importanti favur Malta aħjar. Dan huwa biss il-metodu biex il-poplu għażiż tagħna jkompli juri fiduċja fina u darba wara oħra, ikompli jagħti l-fiduċja assoluta tiegħu lill-Partit Laburista biex imexxieh fil-futur li ġej, permezz tal-Gvern Malti. Komplu żommu kuntatt miegħi. Kellmuni. Jien disponibbli li nisma’. Lesti nifhem u nixtarr magħkom x’qed idejjaqkom jew inkella fejn hemm bżonn titjieb. Dak huwa l-ideal tal-Partit tagħna; li nistmaw lil kulħadd l-istess u kif tassew jixraq lid-dnjità umana. Insellmilkom.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share