In the Press

Nirbħu l-Kanċer fit-tfulija

Madwar id-dinja, Settembru huwa x-xahar għall-għarfien tal-Kanċer fit-tfulija. B’hekk huwa tajjeb li nieħdu din l-opportunita’ biex nirriflettu ftit dwar l-isfidi li għandna quddiemna, ix-xogħol li qed isir biex negħlbu dawn l-isfidi u lejn l-avvanzi li qed nistennew li naraw fil-futur f’dan il-qasam. Huwa tajjeb li wieħed ifakkar li madwar id-dinja, il-Kanċer jaffettwa wieħed minn kull 320 tifel u tifla sal-età’ ta’ 19-il sena tagħhom. Għandna sitwazzjoni fejn kull tlett minuti, x’imkien fid-dinja hemm tifel jew tifla li qed imut jew tmut b’kawża ta’ din il-marda. Fuq livell Ewropew, il-kanċer huwa l-kawża prinċipali tal-mewt bil-mard fit-tfal li għandhom iktar minn sena. Biex naraw progress f’dan il-qasam u nsalvaw iktar ħajjiet tat-tfal madwar id-dinja jeħtieġ li nqajmu iktar għarfien dwar dan is-suġġett speċjalment fir-rigward tad-differenzi li jeżistu bejn il-kanċers fit-tfal u fl-adulti f’dak li għandu x’jaqsam mat-tip ta’ kanċer, ir-rata li biha jinfirex mal-kumplament tal-ġisem u l-metodu li bih għandu jiġi trattat. Fil-fatt, tajjeb li wieħed ikun jaf li 80% tal-kanċers pedjatriċi jkunu diġà’ infirxu mal-kumplament tal-ġisem sal-mument li t-tifel jew tifla jiġu djanostikati. Mill-banda l-oħra, f’każ ta’ kanċers fl-adulti ir-rata ta’ kanċers li jkunu diġà nfirxu hija dik ta’ 20%. Dan l-għarfien għandu jħeġġiġna biex nieħdu iktar azzjoni u azzjoni aħjar sabiex nipproteġu lit-tfal tagħna minn din il-marda qerrieda. Wħud mill-ikbar sfidi f’dan il-qasam jirrelataw mal-ħtieġa li jinstabu l-fondi meħtieġa għal-iktar riċerka u innovazzjoni mill-esperti mediċi sabiex jinħolqu kuri, trattamenti u mediċini ġodda għat-tipi diversi ta’ kanċer li jolqtu lit-tfal. Bħalissa, fuq livell Ewropew, qeghdin f’sitwazzjoni fejn 30-50% biss tal-mediċini fl-Ewropa huma disponibbli għat-tfal u din hija konsegwenza diretta ta’ nuqqas ta’ investiment adegwat f’riċerka u innovazzjoni u nuqqas ta’ sapport infrastrutturali. Għal ħafna żmien kellna ċertu nuqqas ta’ għarfien xjentifiku u nuqqas ta’ interess kummerċjali minn-naħa ta’ kumpanniji tal-farmaċewtika fir-rigward ta’ mard rari u kanċers pedjatriċi. Dan wassal sabiex il-progress f’dan il-qasam ikun pjuttost kajman. Fid-dawl ta’ dan, fix-xogħol tiegħi fil-Parlament Ewropew qiegħed naħdem qatigħ sabiex nimxu lejn iktar inċentivi u inċentivi aħjar li jwasslu għal iktar investimenti li jistimulaw r-riċerka u l-innovazzjoni għal ġid tat-tfal tagħna. Minkejja l-isfidi, kull ma jmur qeghdin naraw iktar pressjoni sabiex jittieħdu azzjonijiet ġodda f’dan il-qasam fuq livell Ewropew. Dan ukoll grazzi għall-esperjenza tal-COVID-19 li wriet biċ-ċar li nistgħu naħdmu ħafna aħjar jekk ningħaqdu flimkien ma’ pajjiżi oħra biex nindirizzaw kwistjonijiet ta’ saħħa u aċċess ugwali għall-kura. B’hekk iktar kmieni din is-sena l-Kummissjoni Ewropea ħabbret pjan ħolistiku għall-Unjoni Ewropea sabiex tingħeleb il-marda tal-kanċer. Fost il-miżuri mħabbra f’dan il-pjan naraw inizjattiva li biha pazjenti żgħażagħ bil-kanċer ser jingħataw iktar appoġġ permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea taħt il-programm ‘Horizon Europe Cancer Mission’. Din il-miżura ser tkun immirata fost oħrajn sabiex jiżdied l-għarfien fuq il-mod kif tipprogressa l-marda tal-kanċer fit-tfal u sabiex naraw trasformazzjoni fil-kura tal-kanċer pedjatriku, it-trattament tiegħu u s-sapport li għandu jingħata lil dawk il-pazjenti li jissoppravivu. Xejn mhu iktar għażiż mis-saħħa tat-tfal tagħna u b’hekk qatt mhu ser naċċetta li l-kanċer fit-tfal ma jingħatax l-attenzjoni li jistħoqqlu fuq livell Ewropew. F’dan ix-xahar ta’ Settembru, ejja naħdmu flimkien biex noħolqu kuxjenza ikbar fuq dan is-suġġett sabiex il-pazjenti tal-kanċer pedjatriku jkollhom aċċess għall-aħjar kura possibbli u sabiex inżidu r-rata ta’ soppravivenza.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share