In the Press

“Nimxu lejn Unjoni tal-Enerġija li ma tħalli lil ħadd warajha” – Cyrus Engerer

F’dibattitu urġenti waqt is-sessjoni tal-plenarja li saret aktar kmieni din il-ġimgħa fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu, il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer tenna li fi sfond ta’ kriżi Ewropea fejn l-Istati Membri qiegħdin jaffaċċjaw l-ogħla livelli ta’ prezzijiet tal-enerġija li qatt ġew reġistrati, l-pajjiżi membri kollha jridu jingħaqdu, u jaħdmu flimkien għall-soluzzjoni li tpoġġi lil konsumaturi Ewropej l-ewwel. Dan id-dibattitu ġie msejjaħ mill-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi, hekk kif dawn il-livelli rekord fil-prezzijiet tal-enerġija ġew kkawżati minħabba żieda sostanzjali fid-domanda għall-elettriku, li ġie skuntrat ma’ tnaqqis fil-provisti tar-riżorsi naturali, waqt l-irkupru mill-pandemija. L-għan aħħari ta’ dan id-dibattitu kien biex il-Parlament Ewropew iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tfassal proposti konkreti li bihom ikunu pprovduti l-għoddod neċessarji għall-Istati membri tal-Unjoni Ewropea biex jindirizzaw mill-aktar fis is-sitwazzjoni preżenti, kif ukoll jipproteġu liċ-ċittadini minn dawn iż-żidiet qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija u l-fjuwils. “Hawnhekk, l-isfida tagħna hi li naraw li ċ-ċittadini tagħna ma jkollomx għalfejn jagħżlu bejn l-mediċini, jew li jsaħħnu d-djar tagħhom fix-xitwa; u li ma jkollomx qatt jagħżlu bejn li jixtru l-ikel biex jgħixu l-familji tagħhom, jew li jkessħu d-djar tagħhom fl-eqqel tas-sajf. Dan hu bażiku għall-għixien ta’ kullħadd - u għandna niggarantixxuh għal kulħadd.” Engerer ingħaqad mal-għajta biex il-Kummissjoni Ewropea tfassal pjan konkret malajr kemm jista’ jkun. Dan il-pjan irid jipprovdi dak kollu meħtieġ biex is-sitwazzjoni tkun indirizzata b’mod għaqli, u mingħajr aktar konsegwenzi negattivi fuq ċ-ċittadini Ewropej. Engerer qal li “kwalunkwe miżura adottata trid tinħass direttament fil-but taċ-ċittadini Ewropej u mhux tiġi maħtufa minn dawk l-ispekulaturi li jipprovdu r-riżorsa naturali”. “Kull meta kellna sfida komuni u affaċjajniha flimkien, bħala Unjoni Ewropea waħda, rnexxilna niksbu riżultati għaċ-ċittadini Ewropej kollha,” sostna Engerer, fejn uża x-xiri konġunt tal-vaċċini tal-Covid-19 bħala eżempju tas-suċċess li kapaċi tikseb l-Unjoni Ewropea meta l-pajjiżi membri jaħdmu lkoll flimkien għal-għan wieħed. Engerer ikkonkluda li hu importanti li dan il-pass jimxi id f’id mal-ġlieda favur ambjent aħjar, li jkun aktar nadif u sostennibbli, anka bil-mod kif l-pajjiżi jiġġeneraw l-enerġija. Dawn huma punti saljenti li Engerer sostna fuqhom kemm l-darba waqt diskussjonijiet kemm fil-Kumitat tal-Ambjent, u anka fil-Kumitat tal-Enerġija. Huwa għalaq l-intervent tiegħu billi enfasizza li l-ħidma fuq Unjoni tal-Enerġija ma tista tħalli lil ħadd barra. “Irridu naraw li kull pajjiż, anka dawk li huma gżejjer jew fil-periferija tal-Unjoni Ewropea, jkollhom ukoll sehem ewlieni f’din l-Unjoni Ewropea tal-Enerġija - sabiex verament naċċerta l-aqwa għajxien possibbli għaċ-ċittadini tagħna”.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share