In the Press

Nibqgħu Newtrali filwaqt li nappoġġjaw is-sewwa

L-invażjoni Russa fl-Ukrajna s’issa huwa stmat li ħalliet mal-1,400 persuna mejta, aktar minn 2,000 midruba, mal-11-il miljun Ukren iċċaqalqu minn parti għall-oħra tal-pajjiż, filwaqt li madwar 4 miljuni oħra telqu minn art twelidhom biex sabu refuġju f’pajjiżi Ewropej. Żewġ terzi tat-truppi li telqu minn madwar Kiev, qiegħdin fil-Belarus, bil-ħsieb li r-Russja tikkonċentra dawn it-truppi wkoll fil-Lvant u n-Nofsinhar tal-Ukrajna. Dan jista’ jkun indikattiv li r-Russja se tenfasizza fuq il-kontroll tar-reġjun ta’ Donbas biex tokkupah bl-istess mod kif għamlet fil-każ tal-Krimea. Dan ix-xenarju żvolġa fi ftit iktar minn xahar, bil-kunflitt Ukren-Russu qed iħalli l-marka tiegħu fuq kulħadd, kemm umanitarjament, politikament, u ekonomikament. Huwa ta’ swied il-qalb li tisma’ u tara b’dan kollu li qed jiġri fis-sena 2022. Imma hija realtà li rridu naffaċċjaw. Malta qed tappoġġja t-talba għal-investigazzjoni ta’ reati tal-gwerra mwettqa mir-Russja fl-Ukrajna. Għalkemm dan kollu, xorta waħda pajjiżna jżomm in-newtralità tiegħu skont il-kostituzzjoni ta’ pajjiżna. Irridu ngħarfu però li se jkun hemm effetti fuq id-dinja kollha, fuq l-Ewropa u anke fuq pajjiżna. Mhux biss effetti li forsi jmissu l-aspett ekonomiku fl-Ewropa, iżda anke mill-att uman. Biss biss Malta qed tilqa’ wkoll refuġjati Ukreni u anke tgħin b’modi diversi. Infakkar li lura f’April li għadda, il-Prim Ministru Robert Abela kien ħabbar kif pajjiżna se jagħti għajnuna finanzjarja lir-refuġjati Ukreni, li qegħdin jaħarbu minn pajjiżhom minħabba l-gwerra. Dan kien ħabbru waqt laqgħa tal-Kunsill Ewropew. F’dan l-istess Summit, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen kienet enfasizzat dwar kif din is-solidarjetà mill-pajjiżi, kumpanji u nies madwar id-dinja turi raġġ ta’ dawl f’dan iż-żmien diffiċli. Fost l-oħrajn, pajjiżna qed jilqa’ persuni bil-kanċer, fosthom tfal, biex ikomplu bil-kura fl-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo. Rajna wkoll l-indirizz lill-Parlament Malti mill-President Ukren Volodymyr Zelenskyy nhar it-Tlieta li għadda fejn irringrazzja lill-pajjiżna tas-sapport umanitarju li ta liċ-ċittadini Ukreni sa issa. Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela reġa’ saħaq li l-pożizzjoni ta’ Malta dejjem kienet u tibqa’ waħda ċara favur il-paċi u mhux armamenti. Mindu bdiet il-gwerra fl-Ukrajna, Malta kienet minn ta’ quddiem fl-għajnuna lejn Ukreni. U hekk ser nibqgħu, dejjem b’rispett lejn il-kostituzzjoni tagħna. Din il-gwerra fl-Ukrajna tibqa’ totalment kundannabbli għall-atroċitajiet li qed isiru u Malta fil-fora kollha qed tibgħat messaġġ b’saħħtu dwar dan. Konxji li dak li qed iseħħ, ipoġġi pressjoni fuq iċ-ċittadini tagħna. Il-Prim Ministru mill-bidu nett sostna li fid-deċiżjonijiet li ħa l-Gvern Malti u li se jkun qed jieħu, se jara li bħala pajjiż nilqgħu għall-impatt ta’ din il-gwerra. Dan huwa l-ispirtu Malti kif ukoll ir-ruħ ta’ dan il-Gvern li jaħseb ukoll fiċ-ċittadini tiegħu. Hekk ukoll jien bħala Membru Parlamentari Ewropew, ser inkun qed nagħmel b’konsistenza.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share