In the Press

Mingħajr biża niġġieldu għal Malta u l-Maltin

“Il-politiċi ta’ stoffa huma dawk li ma jibżgħux u li jibqgħu għaddejjin, minkejja l-maltemp li jkun hemm quddiemhom. Dawk li minkejja l-isfidi u diffikultajiet li jkun hemm madwarhom, li xi kultant ikunu pjuttost kbar, xorta waħda jkomplu għaddejjin biex iġibu l-aqwa suċċessi għal pajjiżhom. Hekk qiegħed jagħmel il-Gvern Malti, immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, u llum qiegħdin nieħdu l-frott ta’ dawn id-deċiżjonijiet għaqlin.” Dan kien kliem il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Cyrus Engerer, b’reazzjoni għall-aħbar li l-ekonomija Maltija kibret b’9% matul it-tieni kwart ta’ din is-sena - li hija l-ogħla rata ta’ tkabbir fost is-27 stat membru tal-Unjoni Ewropea. Fakkar ukoll kif ġiet irreġistrata, għal darb’ oħra, l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja ta’ pajjiżna. “Kienu sentejn ta’ sfidi, hekk kif għexna tul pandemija, u issa bil-gwerra fl-Ukrajna li kompliet titfa’ piż fuq l-istabbilta’ u l-kummerċ madwar l-Ewropa kollha. Minkejja dan, xorta waħda pajjiżna rnexxielu jilħaq livell ta’ ġid nazzjonali li jikkumpara mas-sena 2019, eżatt qabel il-pandemija. Dan huwa l-legat tal-għaqal u ħidma bla waqfien tal-Gvern Laburista tul dawn is-snin, u hija ukoll konferma ta’ kemm il-Gvern huwa kommess li jħares l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin kollha,” kompla Engerer. Huwa saħaq li anka fil-Parlament Ewropew, hu flimkien mal-kollegi MPE Laburisti, ser ikomplu jkunu l-vuċi tal-poplu Malti u Għawdxi, biex kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed fuq livell Ewropew, tkun tikkunsidra l-bżonnijiet Maltin, u jaċċertaw li pajjiżna jibqa’ miexi l’ quddiem u jkun ta’ suċċess. “Lilna ser issibuna hawnhekk, u ser inkomplu niġġieldu l-ġlieda tal-Maltin u l-Għawdxin kollha, biex inkomplu niksbu suċċessi għal pajjiżna. Minkejja li kemm-il darba jkollna min jipprova jagħmel bsaten fir-roti, dejjem waqqafnilhom. U hekk ser inkomplu nagħmlu,” temm jgħid Engerer.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share