In the Press

“Min fil-passat kien jikkritika lil Malta, illum qiegħed ifaħħar ir-riformi li twettqu”

“Dejjem emmint fir-riformi li twettqu minn Gvern Laburista fuq il-qasam tas-saltna tad-dritt, u mal-kollegi tiegħi fil-Parlament Ewropew, sħaqt ħafna fuq dan il-punt. Jidher li dan il-messaġġ wasal sew, hekk kif anka l-aktar kollegi li kienu kritiċi fuq il-qagħda tas-saltna tad-dritt fil-passat, illum qiegħdin jirrikonoxxu r-riformi bla preċedent li implimenta l-Gvern immexxi minn Robert Abela” Hekk qal il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Cyrus Engerer, wara li ħa sehem f’ diskussjoni mtella minn diversi ġurnalisti Maltin ġewwa Brussell, flimkien mal-MPE Olandiża Sophie In’t Veld - diskussjoni fejn ġie mqajjem, fost temi oħrajn, il-progress sinifikanti li rat Malta fil-qasam tas-saltna tad-dritt u governanza tajba. Engerer hu l-uniku MPE Malti fil-Kumitat tal-Parlament Ewropew li jieħu ħsieb materji relatati mal-governanza, ġustizzja u saltna tad-dritt u matul dawn l-aħħar sentejn ħadem ħafna biex ir-riformi li għamlet Malta jkunu esposti fuq livell Ewropew. Engerer fakkar kif In’t Veld kienet parti mid-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew, li f’ Mejju li għadda żaret lil Malta fuq missjoni dwar is-saltna tad-dritt. Huwa nnota kif waqt id-diskussjoni, kellha kliem ta’ tifħir għall-ħidma u progress li sar s’issa. Filwaqt li In’t Veld irrimirkat il-Gvern Malti jirrikononixxi li għad fadal xogħol xi jsir, kompliet billi qalet li f’din l-aħħar żjara, rat bidla sinifikanti fil-mentalita’ tal-awtoritajiet Maltin fuq dan il-qasam. “Qiegħdin naraw il-frott tal-ħidma kbira li Gvern Laburista qiegħed jagħmel biex jaċċerta li d-dritt tassew isaltan f’Malta. Gvern Laburista li f’temp ta’ żmien qasir, mexxa l’ quddiem u ġab fis-seħħ proposti leġislattivi li jissalvagwardjaw is-saltna tad-dritt f’pajjiżna,” kompla Engerer Huwa tenna li Gvern Laburista ser ikompli jimplimenta riformi biex jimmeljora il-governanza tajba, u kif ukoll is-sistema ġudizzjarja f’pajjiżna - fejn għamel referenza ukoll għal riformi diġitali li diġa’ saru, u li ser ikomplu jiġu implimentati biex tiġi mmordenizzata is-sistema ġudizzjarja. B’hekk, skond Engerer, il-qrati tagħna jkunu jistgħu jaħdmu b’mod aktar effiċjenti, u jinqata’ għal dejjem id-dewmien fil-qrati. “Għalhekk, ilqajt bi ħġari l-kummenti pożittivi tal-kollega Sophie In’t Veld waqt id-diskussjoni li kellna. Huwa ta sodifazzjon għalija li waqt programm bħal dan, rajna kif membru li mexxiet numru ta’ missjonijiet fuq is-saltna tad-dritt madwar l-Ewropa, qablet magħna fuq il-progress kollu li sar taħt Gvern Laburista tul dawn is-sentejn. Jidher li l-messaġġ wasal, u wasal sew,” temm jgħid Engerer.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share