In the Press

Malta twettaq 17-il riforma ... Il-Gvern Malti se jagħmel talba għal €60 miljun mill-pjan ta’ rkupru

Għadna kif smajna din il-ġimgħa li dalwaqt pajjiżna, jiġifieri l-Gvern Malti, se jkun qed jagħmel talba ta’ €60 miljun mill-pjan ta’ rkupru. Dan huwa allokat għal Malta u d-dritt tagħna li nużawh. Din it-talba se ssir ukoll wara li pajjiżna wettaq b’suċċess sbatax-il riforma u zewġ investiment maġġuri. Bħalissa l-gvern huwa impenjat sabiex iwettaq 38 mira sal-aħħar kwart ta’ din is-sena. Mill-Pjan t’Irkupru pajjiżna diġa ingħata €41 miljun bħala pre-financing payment. Dan juri wkoll kemm pajjiżna kellu tkabbir ekonomiku b'saħħtu matul is-sena li għaddiet. Dan ifisser ukoll li pajjiżna se jieħu tnaqqis fuq l-ammont dovut ta’ fondi minħabba li konna b’saħħitna anke matul sentejn ta’ pandemija. Fl-ewwel kwart tas-sena l-ekonomija maltija kibret b’7.6 fil-mija u skont rapport tal- Kummissjoni Ewropea s-sena li ġejja Malta se jkollha t-tieni l-akbar tkabbir ekonomiku fost il-pajjizi tal-Unjoni Ewropea. Dan mhuhiex punt negattiv anzi bil-kontra. Din hija aħbar tajba għaliex Malta; stat żgħir fi ħdan l-Unjoni Ewropea, kien kapaċi jfendi u jiġġenera ekomonija tajba flok miżuri t’awsterità kif rajna jseħħ f’diversi pajjiżi mhux fl-Ewropa biss, iżda madwar id-dinja kollha. Irridu nfakkru wkoll li xorta waħda għandna l-pakkett finanzjarju ta’ fondi Ewropej 2021-2027 ta’ €2.2 biljun; li huwa l-ikbar pakkett ta’ fondi li qatt innegozja l-gvern Malti. Mill-pjan ta’ rkupru, nieħu gost nara li se jkunu qed jitwettqu bosta proġetti favur ambjent aħjar u anke t-teknoloġija moderna.Issemma wkoll kif il-gzira Għawdxija se tkun qiegħda tibbenefika minn dan il-pjan b’mod partikolari biex jiġu mwettqa riformi u investimenti dwar it- transizzjoni għall-ekonomija ħadra u l-qalba diġitali. Innutajt kif wieħed mill-proġetti msemmi huwa l-qalba għall-enerġija nadifa tal-iskola primarja tan-Nadur. Xogholi jirrikjedi bilfors li ta’ kuljum, gewwa Brussel u Strasburgu, noqghod b’seba’ mitt ghajn miftuha sabiex kull haga li hi ta’ gid ghal pajjizna ngibuha lejnha. Ix-xoghol li t-team tieghi jaghmel minn fost l-istituzjonijiet tal-Unjoni Ewopeja huwa mmirat biss sabiex, umilment, naghmel sehemi mal-gvern ta’ pajjizi halli fil-prattika niggarantixxu li l-avvenbtura Maltija fl-ewropa tkun wahda pozittiva ghalina u ghal uliedna. Dan huwa Gvern li jwettaq. Dan huwa Gvern li jżomm kelmtu u ma jġibx skużi.Il-poplu jifhem u japprezza dan kollu; li dak li nwiegħdu qabel elezzjoni, inwettquh bl-aħjar mod possibbli favur iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kollha. Ejjew inżommu pożittivi u nxerrdu s-sabiħ li joffri pajjiżna. Ejjew inkunu aħna l-ambaxxaturi ta’ Malta u Għawdex tagħna. Iva, il-futur huwa sabiħ.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share