In the Press

L-Edukazzjoni hija l-futur ta’ pajjiżna

L-Edukazzjoni tibqa’ ċ-ċavetta għat-triq tas-suċċess għal kull inidividwu, f’kull pajjiż. L-Edukazzjoni tgħinek timraħ u timxi ‘l quddiem biex taħtaf dawk l-opportunitajiet li hemm jistennewk hemm barra. Matul il-kampanja elettorali li għaddiet, il-Prim Ministru Robert Abela wiegħed li matul dan il-mandat ta’ Gvern ġdid Laburista, se jkun qed itejjeb b’mod sinifikanti l-pagi tal-edukaturi. Kien spjega kif il-Partit Laburista se jkun qed jibgħat messaġġ b’saħħtu ġaladarba jibew in-negozjati tal-ftehim kollettiv. Dan juri kemm il-Gvern preżenti jemmen fit-tisħiħ u t-titjib tal-edukazzjoni biex il-bażi ta’ pajjiżna tkun waħda soda. Żieda simili diġà saret taħt Gvern Laburista ftit snin ilu u issa qed joqrob il-mument, li Gvern attwali jerġa’ jżomm kelmtu u jkun hu li jaħseb fl-għalliema. L-Edukazzjoni hija l-bażi tal-prosperità li aħna rridu nibnu fejn hija hi, l-iprem għodda biex wieħed/waħda jimxi ‘l quddiem. Wegħda oħra li l-Prim Ministru Dr Robert Abela kien semma’, kienet meta qal li l-Partit Laburista qed iwiegħed lil dawk l-istudenti li jgħażlu li jitħarrġu biex jsiru edukaturi tal-kindergarten u LSEs ser jibdew jitħallsu waqt il-perjodu ta’ ‘Teaching Practice’. Il-Prim Ministru rrefera għal proposti oħrajn li tħabbru, fosthom l-għoti ta’ uniformi bla ħlas u l-internet b’xejn għal dawk fil-bżonn. Dan juri Gvern b’sinsla favur futur aħjar għas-soċjetajiet preżenti u dawk futuri. L-edukazzjoni tgħin ukoll bla dubju, fit-tnaqqis tal-faqar u l-qagħad. L-ebda pajjiż ma jista’ jikseb żvilupp ekonomiku sostenibbli mingħajr investiment sostanzjali fl-edukazzjoni u fil-kapital uman. Iż-żewġ komponenti, jimxu pari passu ma’ xulxin u t-tkabbir ta’ pajjiż tiiddependi mill-iżvilupp edukattiv ta’ kull ċittadin li f’kull stadju tal-ħajja. Is-settur tal-edukazzjoni huwa kruċjali għal viżjoni medja u fit-tul ta’ pajjiżna. L-edukazzjoni twassalna għal ekonomija b’saħħitha fit-tul. Dan is-sentiment huwa wkoll rifless fil-miri tal-gvern lejn dan is-settur. Mhijiex koinċidenza li kull pjan soċjali u ekonomiku ta’ dan il-gvern huwa msejjes fuq l-importanza tal-edukazzjoni. Apparti dan, mhijiex koinċidenza anqas li kull budget imfassal minn Gvern Laburista tul dawn l-aħħar snin snin kellu fiċ-ċentru tiegħu l-edukazzjoni. Nemmen bis-sħiħ li dan huwa l-Gvern li dejjem ta każ u nvesta fl-aqwa edukazzjoni għall-poplu tagħna. Nemmen li dan il-Gvern, kif ġa wera biss fi ftit iżjed minn 100 jum minn meta reġa’ ġie elett, dak li jwiegħed iwettqu u hekk ser jerġa’ jiġri.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share