In the Press

Irridu nsaħħu lill-ħaddiem b’paga minima diċenti kif maqbul fuq livell Ewropew u lill-pensjonant b’livell ta’għajxien xieraq

“L-ekonomija ta’ Malta u Għawdex hija l-aktar b’saħħitha meta l-Partit Laburista jkun fit-tmun ta’ pajjiżna. Dan mhux ngħidu jiena biss, imma huwa rifless fiċ-ċifri. Din il-ġimgħa, pajjiżna rreġistra l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja, dik ta’ 3% - li jfisser li minkejja l-isfidi li għaddejna lkoll tul dawn l-aħħar snin, bil-pandemija u bil-Gwerra fil-Lvant tal-Ewropa, l-ekonomija baqgħet tikber, u baqgħu jinħolqu l-impjiegi għalina lkoll.” Hekk qal il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer, hekk kif din il-ġimgħa, l-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatiska kkonferma l-aktar rata baxxa ta’ qgħad li qatt ġie rrikordjat f’pajjiżna. Skont Engerer, dan huwa ċertifikat ieħor fil-portafoll ta’ Gvern Laburista mmexxi minn Robert Abela, li minkejja d-diffikultajiet affaċċjati mad-dinja kollha, ħadem b’impenn biex l-ekonomija Maltija tkompli tikber, u tibqa’ waħda reżiljenti għax-xokkijiet esterni. Huwa sostna li dan kien essenzjali biex il-Gvern itaffi l-piż ta’ dawn l-isfidi internazzjonali minn fuq il-poplu Malti u Għawdxi, hekk kif xorta waħda setgħet tingħata l-għajnuna neċessarja biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jkomplu jgħixu ħajjithom bl-aktar kumdita’ possibli, u dawk l-aktar batuti ma jkomplux jitgħakksu. “Fil-mument tal-prova, il-Partit Laburista fil-Gvern dejjem offra serħan il-moħħ għall-familji Maltin u l-Għawdxin kollha. Din il-ġimgħa, rajna ukoll kif ġew allokati 45 miljun ewro f’investimenti għall-benefiċċji soċjali tul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena. Hekk ġie mwiegħed fil-budget, u minkejja s-sitwazzjoni bla preċedent li ġabet magħha l-gwerra fl-Ukrajna tul din is-sena, xorta waħda stinkajna biex dan jitwettaq, u hekk sar. Ma nistgħu qatt inħallu lil dawk l-aktar batuti jkomplu jbatu kawża ta’ xokkijiet esterni,” kompla Engerer. Huwa temm jgħid li l-politika ta’ sostenn hija “punt ta’ prinċipju għall-Partit Laburista, tul l-istorja tiegħu, u anka issa tul dawn id-disa’ snin fit-tmexxija ta’ pajjiżna. Konvint li l-ebda sfida mhi se tfixkel u ddgħajjef il-qalb Soċjalista ta’ dan il-Gvern, li ser ikompli jaħdem b’impenn, u jaħseb f’kulħadd, speċjalment liż-żgħir.”

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share