In the Press

“Irridu nkunu ambizzjużi filwaqt li nkompli nwettqu l-bidla”

“Kburin li bħala Unjoni Ewropea aħna l-iktar grupp ta’ pajjiżi ambizzjużi biex niġġieldu t-tibdil fil-klima. Għandna l-Green Deal, l-liġi dwar il-klima u issa l-Fit for 55. Issa wasal iż-żmien biex inwettqu l-bidla meħtieġa,” saħaq il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer fi Glasgow, fejn attenda l-laqgħa COP26 f’isem il-Parlament Ewropew. Il-COP hija konferenza mtella’ kull sena minn Nazzjonijiet Maqgħuda li ġġib flimkien lill-mexxejja kollha ta’ madwar id-dinja f’diskussjonijiet u negozjati dwar il-miżuri ambjentali li d-dinja għandha bżonn tieħu bħala parti mill-ġlieda essenzjali kontra t-tibdil fil-klima. Il-COP ta’ din is-sena, kienet meqjusa bħala s-suċċessur tal-COP21 li saret f’Pariġi lura fl-2015, fejn l-mexxejja globali kkommettew li jillimitaw l-għoli fit-temperaturi globali għall-massimu ta’ żewg gradi celsius fuq il-livelli pre-industrijali. “Irridu naraw li fiż-żmien li ġej, mhux biss inkomplu fil-ġlieda tagħna kontra t-tibdil fil-klima, imma li anka nibdew nieħdu l-miżuri biex nadattaw għad-differenzi li qiegħdin naraw fil-klima tagħna madwar id-dinja kollha,” tenna Engerer, hekk kif fakkar fit-temp estrem li ħakem lid-dinja matul dan is-sajf - mis-sħana tremenda u nirien fil-Mediterran u fl-Amerka ta’ fuq, għal xita u għargħar bla preċedent fil-Punent tal-Ewropa u ċ-Ċina. Engerer kellu numru ta’ laqgħat fil-COP26, fosthom mad-Deputat Prim Ministru Russu Alexei Overchuk, Membri tal-Kungress Amerikan mill-Partit Demokratiku u diversi Ministri tal-Ambejnt minn madwar id-dinja, inkluż dawk viċin tal-Ewropa bħat Turkija, kif ukoll oħrajn minn bnadi oħra tad-dinja bhal dawk tal-Bangladesh, India, Brazil, Ċina, l-Afrika t’Isfel, ir-Reppublika tal-Korea u l-Maldivi fost l-oħrajn. “Laqgħa li laqtitni ħafna kienet dik mal-Ministru għall-Ambjent mill-Maldivi, Abinath Shauna, fejn kelli l-opportunita’ nitkellem u nisma dwar l-impatt li t-tibdil fil-klima qiegħed diġa jkollu fuq dan il-pajjiż li, bħal Malta mdawwar u jiddependi mill-baħar,” qal Engerer, filwaqt li fakkar li l-livelli tal-ibħra u l-oċeani kull ma jmorru qegħdin ikomplu jiżdiedu u jisħnu u dan qiegħed ikollu effett fuq l-għixien tal-biodiversita’ u għaldaqstan tan-nies, li saħansitra qegħdin ikollhom jiċċaqlau minn fejn jgħixu għal żoni oħra tal-pajjiż. Matul il-laqgħat Engerer fakkar li Malta, b’Prim Ministru Robert Abela kommess għall-Ambjent. rrduppjat l-ammont ta’ flus għall-fond li jgħin lil dawn il-pajjiżi jiġġieldu d-dannu u t-telf li qed ikollhom minħabba t-tibdil fil-klima u l-impenn li għandu pajjiżna biex jilħaq in-newtralita tal-klima sal-2050.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share