In the Press

Irridu nkomplu nsaħħu lill-ħaddiema permezz ta’ paga minima diċenti u bit-tisħiħ fil-finanzi tal-pensjonanti fl-UE

“Veru li għadna fil-bidu ta’ din il-leġislatura ġdida, iżda mill-ewwel ġurnata, dan il-Gvern beda jaħdem b’impenn biex minkejja l-isfidi li qiegħda taffaċja l-Ewropa bħalissa, il-Maltin u l-Għawdxin jibqgħu jgawdu minn serħan il-moħħ u l-aqwa kwalita’ ta’ ħajja possibbli. Filfatt jidher li fejn jidħol il-qasam tax-xogħol, dan il-Gvern diġa’ qed juri riżultati solidi. ” Hekk irrimarka l-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer, hu u jirreferi għall-aħħar statistika li ħarġet mill-Eurostat din il-ġimgħa, li kkonfermat li r-rata tal-qgħad f’Malta, dik ta’ 3.1%, hija madwar nofs ir-rata rreġistrata madwar l-Unjoni Ewropea - u fost l-aktar rati baxxi mis-sebgħa u għoxrin Stat Membru tal-Unjoni. “L-isfidi li qed taffaċja l-Ewropa bħalissa mhumiex ħfief. Speċjalment minħabba l-gwerra fl-Ukrajna, ħafna negozji madwar l-Unjoni Ewropea qiegħdin jaraw żieda fl-ispejjeż tagħhom - hekk kif dawn kienu bdew jirkupraw mill-effetti tal-pandemija. Dan seta’ faċilment ikkrea aktar pressjoni fuq is-suq tax-xogħol, iżda madankollu, f’pajjiżna qed naraw rata ta’qgħad stabbli, li hija saħansitra iktar baxxa meta wieħed jikkumpara mal-istess xahar fl-2021,” kompla Engerer. Huwa fakkar kif riżultati bħal dawn ma jiġux mix-xejn, iżda huma frott il-għaqal u l-ħidma kontinwa ta’ dan il-Gvern, li qiegħed ikompli jiffaċilita’ ambjent kompetittiv għan-negozji, biex b’hekk l-ekonomija Maltija tibqa’ reżiljenti. Engerer saħaq li l-Partit Laburista huwa l-kenn naturali għall-ħaddiema, u b’hekk iħoss ir-risponsabbilta’ li kemm fuq livell Nazzjonali, u anka Ewropew, bħala Membru Parlamentari Ewropew f’isem is-Soċjalisti u Demokratiċi, il-ħidma favur id-drittijiet tal-ħaddiema għandha tibqa’ prijorita’. “Inwiegħed li fil-ħidma tiegħi fil-Parlament Ewropew, ser inkompli nisħaq li minkejja l-isfidi li tgħaddi minnhom l-Ewropa, ma nistaw qatt inħallu lill-ħaddiema jbatu l-konsegwenzi. Anzi, irridu nkomplu nsostnuhom u nassigurawhom. Din hija l-missjoni tagħna bħala Soċjalisti,” temm jgħid Engerer.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share