In the Press

“Insaħħu l-qasam tas-saħħa b’koperazzjoni Ewropea”

“L-aċċess għall-mediċini u kura medika ta’ kwalita’ hu dritt tagħna lkoll. Irridu nimxu fuq l-esperjenzi tal-pandemija u nżidu l-ħidma ta’ koperazzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għall-ġid tas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej,” qal il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista f’konferenza dwar il-futur tal-qasam tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea. Qabel il-pandemija, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kien jieħdu ħsieb il-qasam tas-saħħa b’mod individwali. Fuq insistenza tal-Gvern Malti fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-ħidma tal-MPE Cyrus Engerer li jpoġġi fuq il-Kumitat tas-Saħħa fil-Parlament Ewropew nibtet koperazzjoni ġdida bejn il-pajjiżi Ewropej fuq ix-xiri tal-vaċċini. Engerer saħaq li l-esperjenza tal-pandemija għallmitna l-ġid ta’ ħidma maqgħuda. “Il-proposta ta’ Unjoni Ewropea tas-Saħħa hi l-futur tax-xogħol tagħna fil-qasam tas-saħħa. Inwiegħed li se nkompli nkun il-vuċi biex nassiguraw qasam tas-saħħa b’saħħtu fl-Unjoni Ewropea li jaħdem għal kulħadd, fejn fost l-oħrajn naraw provista ta’ mediċini u vaċċini għal kull min jiġi bżonn, kif ukoll l-aqwa kura possibli għall-pazjenti kollha,” kompla Engerer. Hekk kif il-pajjiżi madwar l-Ewropa qiegħdin ineħħu għal kollox ir-restrizzjonijiet relatati mal-pandemija Covid-19, il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer irrimarka fuq kif l-Unjoni Ewropea ser tkun qed tieħu l-passi neċessarji biex issaħħaħ is-sistemi ta’ saħħa f’ kull pajjiż membru, u tassigura reżiljenza u stabbilta’ fis-sfond ta’ kriżijiet ta’ saħħa ġodda li jistgħu jinqalgħu fil-futur. “Għaddejna minn sentejn li ma kienu faċli għal ħadd. Sentejn ta’ ristrizzjonijiet, sentejn ta’ inċertezza, u sentejn ta’ piż bla preċedent fuq is-sistemi tas-saħħa madwar l-Ewropa. Fil-Parlament Ewropew dejjem sħaqt li għandna nkunu preparati u reżiljenti quddiem sfidi ta’ saħħa potenzjali fil-futur. Issa li bil-mod il-mod ħerġin mill-pandemija, l-impenn tiegħi ser jibqa’ l-istess, u ser inkompli nappella biex il-pajjiżi membri jaħdmu lkoll flimkien u b’hekk verament nagħmlu s-saħħa tagħna lkoll priorita’,” qal Engerer. Engerer saħaq li dan m’għandux japplika biss f’sitwazzjonijet ta’ kriżi tas-saħħa, iżda anka fejn tidħol il-provista’ ta’ vaċċini u mediċini ta’ kuljum, kif ukoll f’ kull tip ta’ kura li jafu jiġu bżonn il-pazjenti. Huwa kkonkluda billi qal li s-saħħa u l-ekonomija jmorru id f’ id. “Ma jistgħax ikolna ekonomija b’ saħħitha mingħajr soċjeta’ b’saħħitha. B’hekk, investiment iktar qawwi fis-settur tas-saħħa, jwassal għal’qabża ‘l quddiem fl-għixien tagħna lkoll, u nassiguraw l-aqwa kwalita’ ta’ ħajja għaċ-ċittadini kollha,’ temm jgħid Engerer.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa - 05/06/2022

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share