In the Press

Inħarsu l-ambjent permezz ta’ politika ġdida dwar l-iskart

Hekk kif kull ma jmur qeghdin naraw politika Ewropea u dinjija li dejjem qed tiffoka iktar fuq il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-isfidi ambjentali li għandna quddiemna, qed naraw emfasi ikbar fuq sistemi ekonomiċi alternattivi li jistgħu jsostnu l-bidliet lid-dinja ser ikollha tagħmel biex nimxu lejn ekonomija iktar nadifa. Dan għaliex wieħed ma jistax joħlom li jbiddel is-sistemi ekonomiċi eżistenti għal-raġunijiet ambjentali mingħajr ma jiżgura li ser tinżamm il-kompetittività’.

Sfortunatament minkejja li r-riżorsi tad-dinja huma limitati, konna u xi ftit jew wisq għadna qed ngħixu qis li kieku m’humiex. Għal wisq żmien kellna sitwazzjoni fejn is-sistemi ekonomiċi tagħna kienu bbażżati fuq it-teħid ta’ riżorsi naturali mill-ambjent bil-għan li jiġu ikkreati prodotti li jservu għal ftit taż-żmien sakemm jinxtraw oħrajn ġodda li jieħdulhom posthom.

Għalhekk qed tikber l-emfasi fuq il-qalba għal ekonomija ċirkulari fejn isir essenzjali li wieħed jirriċikla l-materjali u jirkupra l-enerġija mill-iskart li jkun ġie ġenerat. L-għan aħħari ikun dak li nimxu għat-tneħħija gradwali tar-rimi tal-iskart fejn dan ikun possibbli. U fejn dan m’huwiex possibbli għandu jkun hemm emfasi ikbar fuq kontrolli adegwati sabiex naċċertaw is-sigurtà ta’ dan l-iskart fir-rigward tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

Fuq dan, irrid infaħħar il-politika tal-Gvern tal-Prim Ministru Robert Abela li flimkien mal-Ministru tal-Ambjent Aaron Farrugia imbarkaw lejn bidla radikali fil-qasam tal-iskart b’numru ta’ proġetti li konvint se jkunu qegħdin jagħmu rivoluzzjoni f’dan il-qasam tant importanti għall-ambjent.

F’ekonomija ċirkulari l-prodotti jiġu magħmulha minn riżorsi li huma diġà riċiklati u b’hekk ma nkunux qed indaħħlu materjali ġodda fis-sistema iżda inkunu qed nirriġeneraw l-istess materjali għal użu ġdid. Il-prodotti jkunu wkoll magħmulin biex iservu iktar u biex jiġu faċilment riċiklati jew imsewwija.

Din hija d-direzzjoni li għandna nimxu magħha jekk irridu bidla sostenibbli għall-ġid tal-ambjent tagħna f’dak li għandu x’jaqsam mal-iskart. U huwa għalhekk li l-ekonomija ċirkulari hija l-ikbar prijorità’ fil-pjan li ġie ppreżentat mill-UE fl-aħħar tal-2019 sabiex nilħqu l-ambizzjonijiet tagħna għal-klima u l-ambjent. Dan il-pjan huwa l-hekk imsejjaħ Patt Ekoloġiku Ewropew li jrid iwassal l-Ewropa sabiex tkun l-ewwel kontinent newtrali għal-klima. Sabiex ikollna transizzjoni għall-ekonomija moderna, sostenibbli u kompetittiva f’konformita’ mal-ekonomija ċirkulari, dan il-pjan qiegħed jipproponi numru ta’ reviżjonijiet fil-ligijiet u l-introduzzjoni ta’ ligijiet ġodda tal-UE f’dak li għandu x’jaqsam mal-iskart u r-riċiklaġġ.

Fost l-oħrajn dan il-pjan iħabbar li l-Kummissjoni Ewropea ser tkun qed tipproponi leġislazzjonijiet ġodda bil-għan li nindirizzaw il-problema tal-ippakeġġjar żejjed u l-iskart mill-ippakeġġjar. L-għan huwa li nimmiraw għal tnaqqis tal-ġenerazzjoni ta’ dan l-iskart u nintroduċu miżuri oħrajn li jtejbu l-mod kif jiġi ddiżinjat dan l-ippakeġġjar sabiex niffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ u sabiex jitmexxa l-użu ta’ kontenut riċiklat.

Miżura oħra li jipproponi dan il-pjan hija dik li l-UE tillimta l-esportazzjoni tal-iskart tagħha ‘l barra mill-UE. B’hekk fix-xhur li ġejjien ser naraw proposti leġislattivi li jemendaw ir-regoli tal-UE f’dan ir-rigward. L-għan huwa li niffaċilitaw ir-riċiklagg tal-iskart ġewwa l-UE sabiex insostnu t-transizzjoni għall-ekonomija ċirkolari. Dan sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn ċertu skart jiġi esportat ‘il barra mill-UE mingħajr ma naċċertaw li l-istandards ambjentali Ewropej għat-trattament tal-iskart ikunu qed jiġu mħarsa. Din it-tip ta’ esportazzjoni illegali lejn pajjiżi terzi tkun qed tnaqqas il-potenzjal tal-użu ta’ dan l-iskart b’mod sostenibbli ġewwa l-UE skont il-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari.

Ta’ min wieħed isemmi wkoll li t-transizzjoni għall-ekonomija ċirkolari ser ġġib magħha bidliet sostanzjali f’diversi oqsma fosthom fis-swieq tax-xogħol ġewwa l-UE; ser jinħolqu setturi ġodda ta’ impjiegi filwaqt li oħrajn ser jisparixxu u ser ikun hemm ukoll ċertu impjiegi li jbiddlu n-natura tagħhom.

Dawn il-bidliet fil-politika Ewropea dwar l-iskart huma parti kbira mix-xogħol tiegħi fi ħdan il-Kumitat tal-Ambjent u s-Saħħa ġewwa l-Parlament Ewropew. Il-prijorità’ tiegħi f’dan ir-rigward hija li filwaqt li niżguraw li l-ekonomija Ewropea tibqa’ kompetittiva waqt u wara din it-transizzjoni għall-ekonomija ċirkolari, nibqgħu iffukati fuq dawk is-setturi ta’ impjiegi u ta’ ħaddiema li jistgħu jintlaqtu ħażin minn dawn il-bidliet.

Il-valur tal-ġustizzja soċjali huwa għal qalbi ħafna u għalhekk ser naħdem qatigħ sabiex ikollna transizzjoni ġusta li ma tħalli lil ħadd jaqa’ lura. L-għan tiegħi huwa dak li nkun il-vuċi tal-iktar nies vulnerabbli għal din it-transizzjoni u li nirrapreżenta l-interessi tagħhom bl-aħjar mod possibbli.

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share