In the Press

Il-Prevenzjoni bħala t-triq ‘il quddiem għall-politika Ewropea tas-Saħħa

Il-pandemija COVID-19 ġabet magħha rieda sabiex ikollna iktar kooperazzjoni fuq livell Ewropew fil-qasam tas-saħħa. Iktar kooperazzjoni tista’ sservi sabiex tindirizza differenzi kbar li jeżistu fir-rigward ta’ aċċess għal kura u l-prevenzjoni bejn Stati Membri differenti fl-Unjoni Ewropea. Sfortunatament, sal-lum il-ġurnata għad għandna sitwazzjoni fejn iċ-ċansijiet ta’ pazjent għal fejqan minn mard speċifiku jiddependi mil-liem pajjiż jinsab fih. Għalhekk għandna naħtfu l-opportunita’ ta’ iktar ħidma fuq livell Ewropew fil-qasam tas-saħħa biex nindirizzaw din l-isfida għall-ġid tal-pazjenti tagħna. Fil-ħidma tiegħi fil-Parlament Ewropew qiegħed nenfasizza ħafna l-bżonn ta’ tisħiħ ta’ servizzi ta’ prevenzjoni fl-Istati Membri kollha sabiex kull persuna, qegħda fejn qegħda fuq il-mappa Ewropea, ikollha l-possibilità’ li tirċievi djanjosi tal-marda tagħha fl-iktar stadji bikrija possibbli. Fuq livell Ewropew naraw sitwazzjoni fejn minkejja l-eżistenza ta’ servizzi ta’ screening għal mard speċifiku, għal xi raġuni jew oħra dan ma jkunx aċċessibbli f’ħafna Stati Membri. Eżempju ċar ta’ din is-sitwazzjoni huma s-servizzi ta’ prevenzjoni għall-kanċer tal-pulmun. Il-bżonn ta’ iktar ħidma kollettiva fuq livell Ewropew sabiex nindirizzaw l-isfidi li jġib miegħu l-kanċer tal-pulmun qiegħed kull ma jmur jikber. Fl-2020, il-kanċer tal-pulmun kien l-aktar kanċer li ħalla vittmi fl-UE. Fl-istess ħin għandna sitwazzjoni fejn il-progress fil-kanċer tal-pulmun baqa’ lura meta mqabbel ma’ kanċers komuni oħrajn minkejja l-avvanzi fit-trattament. Waħda mir-raġunijiet għal dan il-progress limitat hija relatata mal-fatt li l-pazjenti jippreżentaw ruħhom tard wisq sabiex jibdew it-trattamenti. Fil-fatt persuna li tirċievi djanjosi ta’ dan il-kanċer fi stadju avvanzat għandha inqas minn 10% ċans li tgħix ħames snin wara d-dijanjosi; dan jiżdied għal bejn 68–92% jekk id-djanjosi tkun saret fi stadju bikri. Il-fatturi li jwasslu għal dan it-tip ta’ kanċer huma wkoll kumplessi u qed naraw evoluzzjoni kontinwa f’dan ir-rigward. Għalkemm it-tipjip jibqa’ l-kawża ewlenija tal-kanċer tal-pulmun, din ma hiex marda ta’ min ipejjep biss. Fil-fatt aktar minn 25% tal-każijiet fl-Ewropa jseħħu f’nies li qatt ma pejpu. Barra minn hekk, wieħed ifakkar li l-imwiet mill-kanċer tal-pulmun fin-nisa qed jiżdiedu u r-raġunijiet għal dan għadhom m’humiex ċari. Għalhekk huwa kruċjali li nagħtu prijorità lis-sejbien bikri tal-kanċer tal-pulmun b'enfasi partikolari fuq il-ħtieġa ta' screening. Eżempju ieħor ta’settur li jista’ jibbenefika b’mod ċar minn tisħiħ fil-prevenzjoni huwa l-iscreening tat-trabi tat-twelid għal-diversi kundizzjonijiet potenzjalment fatali jew li jikkawżaw diżabilità’. Qed naraw sitwazzjoni fejn tfal madwar l-Ewropa qed jiffaċċjaw mewt bikri jew diżabilità tul il-ħajja minħabba nuqqas ta' aċċess għal-djanjosi bikrija permezz ta' programmi eżistenti ta' screening tat-twelid. L-iskop għal dan it-tip ta’ screening huwa li tiġi skoperta l-marda fit-tarbija qabel ma turi xi sinjali jew sintomi tal-marda. Tali skoperta u djanjosi bikrija tista’ twassal sabiex t-trattament jibda immedjatament u biex b’hekk ikun hemm tnaqqis jew saħansitra eliminazzjoni sħiħa tal-effetti tal-marda. Il-mard rari u devastanti li jista’ jiġi skopert permezz ta’ dan it-tip ta’ screening, jekk jitħalla mhux ittrattat, għandu sintomi u effetti serji, bħal ħsara fis-sistema tan-nervituri tul il-hajja; impatt fuq l-żvilupp, diżabilitajiet fiżiċi; u saħansitra jwasslu anke għal-mewt. Huwa faċli li tifhem għalhekk l-importanza ta’ rikonoxximent universali għal dan it-tip ta’ screening fuq trabi tat-twelid bħala dritt għall-familji u t-tfal. Madankollu, minkejja l-evidenza li tappoġġa l-benefiċċji ta’ dawn is-servizzi hemm varjazzjoni sinifikanti mhux spjegata bejn il-pajjiżi fl-Ewropa, speċifikament varjazzjoni fin-numru ta’ mard rari inklużi fil-programmi nazzjonali eżistenti ta’ screening disponibbli għal ġenituri ġodda. Per eżempju filwaqt li naraw l-Italja fuq quddiem nett fil-lista b’servizzi ta’screening fuq trabi tat-twelid għal 48 marda, pajjiżi ġirien tagħhom bħal Franza, Spanja u r-Renju Unit, joffru screening għal inqas minn 10mardiet. Dawn huma ftit sitwazzjonijiet fejn b’iktar ħidma konġunta bejn il-pajjiżi Ewropej nistgħu naraw differenzi kbar fil-hajja tal-pazjenti tagħna u tal-familji tagħhom. B’hekk ser inkompli naħdem bis-sħiħ sabiex naraw azzjonijiet iktar konkreti li jindirizzaw dawn l-sfidi u li jagħtu lill-pazjenti Ewropej minn Stati Membri differenti l-istess possibiltajiet ta’ fejqan u prevenzjoni mill-mard.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share