In the Press

‘Il-Partit Laburista ser ikompli jaċċerta serħan il-moħħ għall-anzjani’

F’kummenti li għamel wara li ġew imħabbra numru ta’ proposti u inċentivi tal-Partit Laburista fir-rigward tas-saħħa u l-anzjani, il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer sostna li min għandu bżonn l-għajnuna, u kull min jeħtieġ kwalunkwe kura medika, ser isib lill-Partit Laburista jappoġġjah, grazzi għal aktar investiment li ser isir fil-qasam mediku, speċifikament fi trattamenti tal-mard rari u kif ukoll fil-mediċini. ‘Dan huwa Partit Laburista li jaħseb u jipprovdi għall-bżonnijiett ta’ kull Malti u Għawdxi,’ tenna Engerer. ‘Sew jekk dak li jkun ibati minn tip ta’ kanċer jew mard rari, dijabete, mard inflammatorju jew problemi ta’ ċirkulazzjoni, ser isib Gvern Laburista li jtaffi ftit mill-piż, hekk kif ser nassiguraw li trattamenti u mediċini għal dawn il-kundizzjonijiet ser ikunu b’xejn u disponibbli dejjem.’ Dan huwa punt li Engerer tkellem ħafna dwaru fil-ħidma Parlamentari tiegħu fi ħdan il-Kumitat tas-Saħħa Pubblika, li kull ċittadin Ewropew għandu d-dritt għall-mediċini affordabbli u aċċessibbli, bħala parti mill-Unjoni Ewropea tas-Saħħa. Għalhekk, huwa laqa’ b’sodisfazzjon il-wiegħda li ġiet imħabbra ftit tal-ġranet ilu, li Gvern Laburista ser joffri mediċini b’xej għall-anzjani kollha, filwaqt li ser ikun qiegħed ikabbar il-formularju tal-mediċini offruti mill-Gvern, biex jaċċerta li l-anzjani jkunu qed jieħdu l-aktar mediċina addattata għall-kundizzjonijiet li jkollhom. ‘Minn sitwazzjoni qabel l-2013 fejn kellek għadd ta’ mediċini ‘out of stock’, issa ser nassiguraw li kull persuna anzjana f’Malta u Għawdex ser ikollha aċċess għal għadd akbar ta’ mediċini, mingħajr ma jintmissilhom il-but,’ qal Engerer. Fuq l-anzjani, Engerer fakkar kif kien Gvern Laburista li dejjem emmen li għandna nsostnu lill-anzjani tagħna u nassigurawlhom l-aqwa kwalita’ ta’ ħajja possibbli. Għalhekk, huwa faħħar il-wiegħda li għamel il-Partit Laburista li ser ikun qiegħed jgħolli l-pensjonijiet bi €15 fil-ġimgħa, filwaqt li l-għotja annwali għal kull anzjan ‘l fuq minn 75 sena ser terġa’ tiżdied b’€ 200. ‘Wara għexieren ta’ snin bil-pensjoni tagħhom effettivament iffriżata taħt Gvernijiet Nazzjonalisti, kien il-Partit Laburista li għall-ewwel darba għolla l-pensjonijiet għall-anzjani. Iżda m’aħniex se nieqfu hawn. Ma nistgħux ma nagħtux każ lill-anzjani tagħna, wara s-snin kollu ta’ ħidma u servizz li taw lil pajjiżna. Ħaqqhom l-aqwa kundizzjonijiet tal-għajxien, ħaqqhom l-aqwa kura possibbli, u ħaqqhom is-serħan tal-moħħ li l-Gvern qiegħed tassew jaħseb fihom’, kkonkluda Engerer.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share