In the Press

Il-Metro - Pass ieħor ‘il quddiem għall-kwalità ta’ ħajja aħjar f’pajjiżna

Bi tħabbira għall-proġett ta’ Metro f’Malta fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, li saret minn esperti barranin flimkien ma’ Transport Malta, il-Gvern issa beda proċess ta’ diskussjoni fuq trasport tal-massa f’pajjiżna. Dan huwa pass kbir ‘il quddiem, pass meħtieġ anke meta nikkunsidraw iċ-ċokon ta’ pajjiżna fejn kull ma jmur, il-popolazzjoni baqgħet tikber u l-vetturi fit-toroq tagħna, wkoll. Bosta kienu r-reazzjonijiet, fejn il-miżien ixaqleb lejn in-naħa t-tajba u favur dan il-pass għaqli. Dan juri wkoll gvern b’viżjoni, li ma jaħsibx biss fih u fil-preżent iżda wkoll għal Malta t’għada u l-ġenerazzjonijiet li għad iridu jiġu. Hemm min jgħid li proġett bħal dan mhux ekonomikament vijabbli. Ma naqbilx. Il-vijabilita’ ma għandix titkejjel biss bid-dħul u ħruġ finanzjarju dirett, iżda għandha tħares ukoll lejn it-tnaqqis fil-mard respiratorju, tal-qalb u ieħor li qed jiswa lil pajjiżna ħafna flus. Għandna wkoll indaħħlu fl-ekwazzjoni l-kuntentezza tan-nies u s-saħħa mentali ta kull persuna. Dak li nbeda issa jrid jimxi għal aktar diskussjoni realistika b’ambizzjoni li din tista’ titwettaq. Kellu jkun gvern Laburista li jniedi din l-inizjattiva importanti għal art twelidna; Gvern li fis-settur tal-infrastruttura għandu l-kredibbilità. Irridu nħarsu lejn dan il-proġett mill-ispettri differenti. Jiġini f’moħħi l-impatt ambjentali li jrid ikun studjat. Mhux biss fil-bini ta’ terminals jew stazzjonijiet fejn tiżbokka l-entraturi diversi tal-metro imma wkoll il-bini taħt l-art. Bla dubju, dan għandna nħalluh f’idejn l-esperti li m’għandix dubju li min jidħol għal din il-biċċa xogħol ferm kbira, ikun kapaċi biżżejjed jaħseb għal kollox. Bla dubju, hekk għandu jkun u għandna niżguraw li hekk isir. Minn dak li ġie ppreżentat sa issa, dan il-proġett se jgħin ukoll estetikament f’ċerti żoni, inħawi u mkejjen f’pajjiżna fejn it-tisbieħ li jsir miegħu, ikun evidenti u jitgawda minn kulħadd. Speċjalment jekk ser jiżdiedu ż-żoni pedonali fl-rħula tagħna madwar l-istazzjonijiet - dan jippreżentana b’opportunita’ unika biex nirriġeneraw ċ-ċentri ta’ dawn il-lokalitajiet u ngħiduha kif inhi, toffri serħan mill-istorbju u ġenn li jġibu magħhom l-karozzi. Ma rridx ninsa bla dubju, it-tnaqqis ta’ emissjonijiet fl-arja mill-vetturi. Dan għaliex proġett maġġuri bħal dan ser jixpruna iżjed inizjattiva biex il-pubbliku jwarrab l-użu tal-karozzi għal kull ħaġa u jibda jagħmel użu mill-Metro. Hekk isir barra minn xtutna u qed naslu f’punt, li ngħidu hekk hemm bżonn isir f’Malta wkoll. Ma nistgħux nibqgħu nżidu mal-50 vettura ġdida fit-toroq tagħna kuljum. Pajjiżna u saħħitna ma jifilħux għal dan. Apparti minn hekk, ma nistgħux ninsew li pajjiżna huwa kommess li sas-sena 2050, jsir pajjiż newtrali mill-karbonju, jiġifieri li l-effetti tat-tniġġiż tal-arja jisfaxxaw fix-xejn. Hekk kif l-Metro huwa mistenni jilħaq l-aktar żoni ppopolati ta’ pajjiżna, ninsab ċert li dan l-proġett se jkun katalist biex nimxu aktar viċin lejn dawn il-miri - hekk kif l-ferroviji ser jkunu kompletament elettriċi. Jekk niddeċiedu li nibdew nużaw il-Metro biex immorru x-xogħol ta’ kuljum, jew biex nagħmlu xi qadja, ara kemm se niffrankaw emissjonijiet fl-arja tagħna. Fl-aħħar mill-aħħar, ilkoll għandna d-dritt li jkollna arja nadifa u nieħdu nifs li ma jikkawżalniex problemi ta’ saħħa! Kif stqarr il-Prim Ministru Robert Abela, il-Gvern kontinwament qed isaqsi x’pajjiż nixtiequ nħallu lil uliedna. U huwa għalhekk, li l-Gvern fetaħ il-bibien kompletament għall-ideat saħansitra anke tal-pubbliku, fejn qed ikun mitlub jibgħat is-suġġerimenti tiegħu dwar dan il-proġett massiv. Bla dubju rridu ż-żmien u li nagħmlu xogħol bir-reqqa. Dwar dan m’għandix l-iċken dubju. Nemmen li dan il-proġett se jkun ta’ benefiċċju kbir għal kulħadd li minnu se tinħass differenza kbira u li finalment, tinħass fit-tip ta’ kwalità ta’ ħajja li ngħixu. Naqbel mal-proġett u nissapportjah bis-sħiħ.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share