In the Press

‘Il-Kuntatt man-nies jibqa’ essenzjali, issa aktar minn qatt qabel’

Hekk kif pajjiżna qiegħed jipprepara biex jidħol fi żmien ta’ kampanja elettorali, il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer sostna fuq l-importanza li l-politiċi jżommu kuntatt maċ-ċittadini - u li dan il-kuntatt għandu jkun wieħed kontinwu, u mhux biss għall-konvenjenza elettorali. ‘Waħda mir-raġunijiet li nieħu gost ninżel Malta huwa l-fatt li jkolli ċ-ċans li niltaqa’ ma’ individwi minn kull mixja tal-ħajja, u nisma l-veduti, opinjonijiet u ideat tagħhom, biex flimkien nimxu ‘l quddiem bħala soċjeta’ Maltija u Ewropea’, qal Engerer. ‘Hija opportunita’ perfetta biex nieħdu feedback mingħand iċ-ċittadini, dwar kif il-ħidma tagħna fi Brussell u Strasburgu qiegħdha tassew taffettwa b’mod pożittiv lill-Maltin u l-Għawdxin, kif ukoll nidentifikaw kwistjonijiet ġodda li jafu jkunu ta’ tħassib għall-poplu, ħalli nkunu nistgħu nikkonfrontawhom fuq livell Ewropew.’ Engerer esprima li hekk kif l-elezzjoni ġenerali tinsab ftit xhur il-bogħod, ser ikun qiegħed fuq quddiem nett jikkampanja minn Malta biex il-Partit Laburista jikseb l-aqwa riżultati possibli - dan filwaqt li l-ħidma tal-Parlament Ewropew titkompla b’mod normali. . ‘Hawnhekk jerġa joħroġ fiċ-ċar id-differenza bejn il-partiti. Fuq naħa minnhom, għandek Oppożizzjoni Nazzjonalista li hija ffissatta biex tattakka esponenti tal-Gvern kull ħin u kull mument, waqt li ma jipproponu assolutament xejn biex itejbu l-għajxien tal-familji Maltin u Għawdxin. Bil-maqlub ta’ dan, il-Partit Laburista mmexxi mill-Prim Ministru Robert Abela żamm saqajh mal-art, u lest li jisma’ l-kulħadd, mill-kbir saż-żgħir fuq il-kwistjonijiet li jikkonċernawhom jew jaffetwahom l-iżjed, biex naħdmu lkoll flimkien għal soċjeta’ aktar ġusta, aktar ugwali, fejn ħadd ma jaqa’ lura, u kulħadd ikun komdu u kburi li jgħid li huwa Malti,’ tenna Engerer. Engerer temm billi fakkar illi huwa d-dmir tal-politiċi li jismgħu x’għandhom jgħidu l-konsistwenti tagħhom, għaliex fl-aħħar mill-aħħar, huma eletti biex jaħdmu lejn il-ġid komuni, u li dan jista’ jseħħ biss billi jimpenjaw ruħhom b'mod attiv mal-poplu Malti u Għawdxi.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share