In the Press

Il-Futur tagħna huwa sabiħ

Waqt edizzjoni speċjali tal-programm Awla minn San il-Pawl il-Baħar, il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer saħaq li l-manifest elettorali b’ elf proposta, ippreżentat mill-Partit Laburista, huwa garanzija li l-Maltin u l-Għawdxin kollha ser ikollohom futur sabiħ jistennihom, jekk il-poplu jerġa’ jagħżel Gvern Laburista fl-elezzjoni ġenerali ta’ nhar is-26 ta’ Marzu. ‘Dan huwa il-manifest elettorali bl-aktar proposti ambjentali li qatt ġie ppreżentat,’ faħħar Engerer. ‘L-aktar manifest elettorali soċjali, l-aktar manifest elettorali li jaħseb fit-tfal, u li jiggarantixxi opportunitajiet ugwali, tibda minn fejn tibda fil-ħajja. U huwa l-aktar manifest elettorali li jaħseb fl-anzjani, li jwiegħdom l-aqwa kwalita’ ta’ħajja possibbli.’ Engerer fakkar li tul l-istorja, kien dejjem il-Partit Laburista li mexxa l-bidla progressiva ta’ pajjiżna, li huwa l-partit li saħansitra twieled biex iwettaq ir-riformi kollha li hemm bżonn biex il-gżejjer Maltin jimxu ‘l quddiem, u jimxu maż-żminijiet. Saħaq li l-Partit Laburista huwa l-moviment tas-soċjalisti, xellugin, progressivi u liberali, li ma jibżgħux mill-bidla. ‘Għandna futur sabiħ quddiemna, jekk il-Partit Laburista jerġa’ jingħata l-fiduċja tagħkom fl-elezzjoni ġenerali li ġejja,’ kkonkluda Engerer. ‘Hu Gvern Laburista biss, immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, li jista’ jibqa jieħu l-pajjiż ‘l quddiem, għal-livell li jmiss, kif jixraqlu.’

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share