In the Press

Ħidma konġunta għal fondi Ewropej għall-pipeline tal-gass fl-Ewropa

Il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer din il-ġimgħa laqa’ b’sodisfazzjon il-ftehim li ntlaħaq bejn il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew - fejn Malta u Ċipru ngħataw deroga spe1jali għall-kostruzzjoni u finanzjament ta’ pipeline speċjali tal-gass naturali, fejn iż-żewġ Membri Stati gżejjer jkunu magħquda mal-bqija tal-kontinent Ewropew. Dan wara li fl-aħħar ġimgħat sar attentat biex Malta titlef dawn il-fondi bżonnjużi li jagħtu garanzija ta’ provista ta’ gass għall-ġenerazzjoni tal-enerġija. “Dak li se jkollha Malta mhux biss pipeline għall-gass naturali, iżda pipeline lest għal mument li l-Ewropa taqleb għall-iġġenerar tal-enerġija mill-idroġenu, sors tal-enerġija aktar nadif u ambjentali”, qal Cyrus Engerer. Il-mument li sar l-attentat biex Malta titlef dawn il-fondi b’talba minn numru ta’ MEPs xprunata minn Matthew Caruana Galizia, saret ħidma konġunta minn naħa tal-MEPs Maltin tal-Partit Laburista u l-MEPs minn Ċipru fil-Parlament Ewropew, u l-Ministru Miriam Dalli fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea biex jiġi assigurat qbil għall-benefiċċju tal-Maltin u l-Għawdxin. “Iktar ma jkollna għażliet wiesa’ minn fejn niġġeneraw l-enerġija tagħna, iktar jista’ jkollna moħħna mistriħ dwar l-aqwa prezzijiet tal-elettriku, s-sigurtà tal-provvista u ambjent aktar nadif”, qal Cyrus Engerer. Min naha l-ohra, l-Membri Parlamentari Nazzjonalisti ghazlu li ma jappoġjawx il-ħidma li saret mill-Maltin u ċ-Ċiprijotti għal din d-deroga daqstant importanti. ‘Li kieku għadna taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, konna nibqgħu b’impjant tal-elettriku li jaħdem bil-heavy fuel oil li tant iniġġess u biċ-ċittadini Maltin jħallsu fost l-ogħla kontijiet tad-dawl fl-Ewropa. Grazzi ghall-viżjoni tal-Gvern Laburista, ser ikolna pjan fit-tul li jgħaqqad l-miri klimatiċi u ambjentali Ewropej, mal-ġenerazzjoni t’energija minn sorsi sostenibbli u ndaf,’ fakkar Engerer. Huwa temm jgħid li għalkemm aħna pajjiż żgħir fil-periferija tal-Ewropa, il-Maltin xorta għandhom d-dritt li jibbenefikaw minn arja aktar nadifa u kontijiet tad-dawl orħos, bħall-bqija tal-Ewropej fuq il-kontinent - u bħala Membru tal-Kumitat tal-Ambjent fil-Parlament Ewropew ser jkun qed jkompli jwassal l-bżonnijiet tal-poplu Malti u Għawdxi fuq quddiem tal-aġenda Parlamentari, biex nassiguraw tranżizzjoni ambjentali li hija tassew inklussiva.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share