In the Press

“Ħajja b’saħħitha tiddependi minn ambjent san”

“Li jkollna ambjent sabiħ importanti, pero għandna bżonn imminenti ta’ ambjent san li jipproteġi s-saħħa tagħna l-bnedmin,” saħaq il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer f’laqgħa ta’ diskussjoni maż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin fi tmiem ta’ ġimgħa impenjattiva ta’ laqgħat f’Malta mal-grupp sħiħ tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi tal-Parlament Ewropew. Matul din il-laqgħa, ż-żgħażagħ kellhom l-opportunita’ jesprimu l-ħsibijiet, il-preokkupazzjonijiet, kif ukoll l-vizjoni tagħhom għall-futur tal-Unjoni Ewropea - bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika msejjħa l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. “X’futur irridu nagħtu lill-Ewropa? Ikolli nammetti li mhux mistoqsija faċli u hija waħda li tirrikjedi riflessjoni”, saħaq Engerer hu u jindirizza l-mistiednin tal-attivita’ fil-Barrakka ta’ Fuq. Fl-intervent tieghu Cyrus Engerer ikkoncentra fuq it-tibdil fil-klima fejn qal li ghalkemm matul iz-zmien, il-progress ekonomiku ghamel hsara ambjentali u xi kultant irreparabli, “ghadna fiz-zmien biex b’azzjonijiet konkreti nimxu ‘l quddiem. Pero, kull gurnata gdida minghajr azzjon hi gurnata mitlufa,” qal Engerer. Engerer qal li xorta għandna nħarsu lejn l-aspett pożittiv, fejn spjega kif il-pakkett ‘Fit for 55’, pprezentat mill-Kummissjoni Ewropea f’Lulju għadda, ser jagħti ċ-ċans li nerġgħu nagħtu nifs ġdid lill-ambjent ta’ madwarna jekk nutilizzawh u nħaddmuh sew. Tenna wkoll li l-European Green Deal, tista’ sservi bħala fondazzjoni b’saħħitha biex nimxu lejn il-miri klimatiċi Ewropej li għandna quddiemna. Qal ukoll li fuq dan is-suggett qatt ma nistghu nkunu ambizzjuzi zzejjed u fil-Kumitat għall-Ambjent, fejn ser jkun qieghed imexxi n-negozjati Parlamentari fuq l-emissjonijiet, se jkun qieghed jenfasizza dan il-punt. “Mhuwiex ser jkun facli, u biex nilhqu l-miri klimatici, rridu naghmlu sforzi kbar, lkoll kemm ahna. Imma nemmen hafna f’dan il-pjan revoluzzjonarju, u ninsab cert li jekk nahdmu flimkien, inkluż mal-għaqdiet, il-professjonisti, l-akkademiċi, il-politiċi u anke l-pubbliku, nistgħu nwittu t-triq għal futur aktar sostenibbli”, kompla jgħid il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer. Temm billi qal li ‘ahna l-ġenerazzjoni li nistgħu nieħdu lil pajjiżna fil-livell li jmiss. Madanakollu, il-Gvernijiet ma jistghux jaghmlu dan kollu wahedhom. “Ahna rridu nkunu l-bidla li rridu naraw. Il-bidliet zghar taghna, se jahhmlu differenza kbira.”

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share